Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022TN0075

    Kawża T-75/22: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Frar 2022 – Prigozhin vs Il-Kunsill

    ĠU C 148, 4.4.2022, p. 35–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU C 148, 4.4.2022, p. 28–28 (GA)

    4.4.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 148/35


    Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Frar 2022 – Prigozhin vs Il-Kunsill

    (Kawża T-75/22)

    (2022/C 148/47)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: Yevgeniy Viktorovich Prigozhin (Saint-Pétersbourg, ir-Russja) (rappreżentant: M. Cessieux, avukat)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    Talbiet

    Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tiddikjara lil Yevgeniy Viktorovich Prigozhin ammissibbli fir-rikors tiegħu u

    Sa fejn jirrigwardaw tar-rikorrent

    tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/2197 tat-13 ta’ Diċembru 2021 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999 li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-ksur u l-abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem;

    tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/2195 tat-13 ta’ Diċembru 2021 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2020/1998 dwar miżuri restrittivi kontra ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem;

    sa fejn dawn iż-żewġ deċiżjonijiet jindikawh jiġifieri bħala finanzjarju tal-Grupp Wagner;

    tgħid u tiddeċiedi li fi kwalunkwe każ, l-isem ta’ Yevgeniy Viktorovich Prigozhin għandu jiġi rtirat mingħajr dewmien mill-atti kkontestati;

    tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tbati għall-ispejjeż tal-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 91 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.

    1.

    L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni: ir-rikorrent isostni li l-Kunsill ma osservax l-obbligu ta’ motivazzjoni tal-atti kkontestati billi ma ġab ebda prova speċifika ta’ ġustifikazzjoni talli jsemmi l-isem tar-rikorrent fil-korp tad-deċiżjonijiet ikkontestati.

    2.

    It-tieni motiv ibbażat fuq l-eżistenza ta’ użu ħażin ta’ poter. Ir-rikorrent isostni, f’dan ir-rigward, li, fl-assenza ta’ provi li fuqhom tibbaża d-deskrizzjoni tiegħu bħala “finanzjarju tal-grupp Wagner”, il-Kunsill ma setgħax jindikah indirettament fil-motivazzjoni tar-reġistrazzjoni tal-Grupp Wagner u b’hekk juża ħażin l-għan inizjalment imfittex mill-miżura.

    3.

    It-tielet motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni. Ir-rikorrent isostni li ma huwiex il-finanzjarju tal-Grupp Wagner u li ebda rabta ma teżisti bejnhu u din l-entità.

    4.

    Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-ksur tad-drittijiet fundamentali. Ir-rikorrent jinvoka li billi tniżżel l-isem tiegħu fil-korp tal-motivazzjoni tar-reġistrazzjoni ta’ Wagner Group, il-Kunsill kiser l-Artikoli 10, 6 u 13 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-drittijiet tal-bniedem.


    Top