Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022TB0116

    Kawża T-116/22 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Novembru 2022 – Belavia vs Il-Kunsill (“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Bjelorussja – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ urġenza”)

    ĠU C 63, 20.2.2023, p. 52–52 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    20.2.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 63/52


    Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Novembru 2022 – Belavia vs Il-Kunsill

    (Kawża T-116/22 R)

    (“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Bjelorussja - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”)

    (2023/C 63/68)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: Belavia – Belarusian Airlines AAT (Minsk, il-Bjelorussja) (rappreżentanti: N. Tuominen u L. Engelen, avukati)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Boggio-Tomasaz u A. Antoniadis, aġenti)

    Suġġett

    Permezz tat-talba tagħha bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE, ir-rikorrenti essenzjalment titlob is-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/2125 tat-2 ta’ Diċembru 2021 li timplimenta d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja (ĠU 2021, L 430 I, p. 16), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/2124 tat-2 ta’ Diċembru 2021 li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Belarussja (ĠU 2021, L 430 I, p. 1), sa fejn dawn jirrigwardawha.

    Dispożittiv

    1)

    It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

    2)

    L-ispejjeż huma rriżervati.


    Top