Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022TB0111

    Kawża T-111/22: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2022 – Baert vs Il-Kummissjoni (“Servizz pubbliku – Pensjoni tal-irtirar – Drittijiet għall-pensjoni miksuba qabel id-dħul fis-servizz tal-Unjoni – Trasferiment lejn l-iskema tal-Unjoni – Akkreditazzjoni tas-snin ta’ servizz – Rikors għal annullament – Talba għar-rimbors tal-kapital ittrasferit li ma tax lok għal akkreditazzjoni – Terminu għat-tressiq ta’ ilment – Arrikkiment indebitu – Inammissibbiltà manifesta”)

    ĠU C 63, 20.2.2023, p. 51–52 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    20.2.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 63/51


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2022 – Baert vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-111/22) (1)

    (“Servizz pubbliku - Pensjoni tal-irtirar - Drittijiet għall-pensjoni miksuba qabel id-dħul fis-servizz tal-Unjoni - Trasferiment lejn l-iskema tal-Unjoni - Akkreditazzjoni tas-snin ta’ servizz - Rikors għal annullament - Talba għar-rimbors tal-kapital ittrasferit li ma tax lok għal akkreditazzjoni - Terminu għat-tressiq ta’ ilment - Arrikkiment indebitu - Inammissibbiltà manifesta”)

    (2023/C 63/67)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: Rhonny Baert (Deinze, il-Belġju) (rappreżentanti: D. Grisay u A. Ansay, avukati)

    Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Mongin, M. Brauhoff u L. Radu Bouyon, aġenti)

    Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: J. Van Pottelberge u M. Windisch, aġenti), Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u I. Demoulin, aġenti)

    Suġġett

    Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 270 TFUE, ir-rikorrent jitlob, essenzjalment, prinċipalment, l-annullament tal-allegata deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni Ewropea tat-28 ta’ Frar 2022 li tiċħad l-ilment tiegħu sa fejn dan jirrigwarda l-annullament tal-avviż tal-21 ta’ Diċembru 2016 li jistabbilixxi d-drittijiet għall-pensjoni tal-irtirar tiegħu u, min-naħa l-oħra, li l-fajl tiegħu jintbagħat lura lill-Awtorità tal-Ħatra tal-Kummissjoni sabiex tiddetermina l-ammont li għandu jitħallas lura lilu u, sussidjarjament, il-kundanna tal-Kummissjoni għall-ħlas tas-somma ta’ EUR 31 066,80 bħala arrikkiment indebitu.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

    2)

    Rohnny Baert huwa kkundannat ibati l-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.

    3)

    Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


    (1)  ĠU C 158, 11.4.2022.


    Top