Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022TB0110

    Kawża T-110/22: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2022 – Kremer vs Il-Kummissjoni (“Servizz pubbliku – Membri tal-persunal bil-kuntratt – Pensjoni tal-irtirar – Drittijiet għall-pensjoni miksuba qabel id-dħul fis-servizz tal-Unjoni – Trasferiment lejn l-iskema tal-Unjoni – Akkreditazzjoni tas-snin ta’ servizz – Rikors għal annullament – Talba għar-rimbors tal-kapital ittrasferit li ma tax lok għal akkreditazzjoni”)

    ĠU C 63, 20.2.2023, p. 50–51 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    20.2.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 63/50


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2022 – Kremer vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-110/22) (1)

    (“Servizz pubbliku - Membri tal-persunal bil-kuntratt - Pensjoni tal-irtirar - Drittijiet għall-pensjoni miksuba qabel id-dħul fis-servizz tal-Unjoni - Trasferiment lejn l-iskema tal-Unjoni - Akkreditazzjoni tas-snin ta’ servizz - Rikors għal annullament - Talba għar-rimbors tal-kapital ittrasferit li ma tax lok għal akkreditazzjoni”)

    (2023/C 63/66)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: Christiane Kremer (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: D. Grisay u A. Ansay, avukati)

    Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Mongin, M. Brauhoff u L. Radu Bouyon, aġenti)

    Intervenjenti insostenn tal-kovenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: J. Van Pottelberge u M. Windisch, aġenti), Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u I. Demoulin, aġenti)

    Suġġett

    Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 270 TFUE, ir-rikorrenti titlob, essenzjalment, b’mod prinċipali, minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-24 ta’ Frar 2022 li tiċħad l-ilment tagħha sa fejn hija titlob l-annullament tal-avviż tat-13 ta’ Jannar 2017 li jistabbilixxi d-drittijiet għall-pensjoni tal-irtirar tagħha u, min-naħa l-oħra, li l-fajl tagħha jintbagħat lura quddiem l-awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ ingaġġ tal-Kummissjoni sabiex jiġi ddetermint l-ammont li għandu jitħallas lura lilha u, b’mod sussidjarju, hija titlob il-kundanna tal-Kummissjoni għall-ħlas tas-somma ta’ EUR 55 401,07 abbażi ta’ arrikkiment indebitu.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

    2)

    Christiane Kremer hija kkundannata għall-ispejjeż rispettivi tagħha, kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

    3)

    Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huma kkundannati għall-ispejjeż rispettivi tagħhom.


    (1)  ĠU C 158, 11.4.2022.


    Top