Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022CN0035

Kawża C-35/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial de Málaga (Spanja) fis-17 ta’ Jannar 2022 – CAJASUR Banco S.A. vs JO u IM

ĠU C 171, 25.4.2022, p. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 171, 25.4.2022, p. 14–14 (GA)

25.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial de Málaga (Spanja) fis-17 ta’ Jannar 2022 – CAJASUR Banco S.A. vs JO u IM

(Kawża C-35/22)

(2022/C 171/20)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Audiencia Provincial de Málaga

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: CAJASUR Banco S.A.

Konvenuti: JO u IM

Domandi preliminari

1.

Huwa kuntrarju għad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva u għall-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea li jiġi meħtieġ li l-konsumatur, qabel il-proċedura ġudizzjarja, ikun l-ewwel ressaq ilment ekstraġudizzjarju sabiex id-dikjarazzjoni ta’ invalidità minħabba kundizzjoni ġenerali speċifika inġusta tal-kuntratt tagħti lok għall-effetti kollha ta’ kumpens (inklużi l-ispejjeż tal-proċedura ġudizzjarja) relatati ma’ din l-invalidità, skont l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13 KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (1)?

2.

Huwa konformi mad-dritt għal kumpens sħiħ u mal-effettività tad-dritt tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 93/13, li jiġi ddeterminat kriterju ta’ impożizzjoni tal-ispejjeż (inklużi spejjeż ġudizzjarji) li jiddependi mill-eżistenza ta’ lment ekstraġudizzjarju minn qabel imressaq mill-konsumatur quddiem l-entità finanzjarja sabiex titneħħa l-imsemmija klawżola?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288.


Top