This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62021TN0665
Case T-665/21: Action brought on 18 October 2021 — Civitta Eesti v Commission
Kawża T-665/21: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Ottubru 2021 – Civitta Eesti vs Il-Kummissjoni
Kawża T-665/21: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Ottubru 2021 – Civitta Eesti vs Il-Kummissjoni
ĠU C 490, 6.12.2021, p. 51–52
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
6.12.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 490/51 |
Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Ottubru 2021 – Civitta Eesti vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-665/21)
(2021/C 490/62)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Civitta Eesti AS (Tartu, l-Estonja) (rappreżentant: C. Ginter, lawyer)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta tat-12 ta’ Ottubru 2021 (1) li tiċħad l-offerta tar-rikorrenti fil-kuntest tas-sejħa għal offerti MOVE/2020/OP/0008 “Assistenza legali, soċjoekonomika u teknika fl-oqsma tal-Enerġija u l-Mobilità u t-Trasport”, lott 5: “attivitajiet ta’ assistenza soċjoekonomika fil-qasam tal-mobilità u t-trasport”; |
— |
tannulla kull miżura konsegwenti, intenzjonata jew relatata, inklużi anki miżuri li għadhom mhux magħrufa meħuda mill-konvenuta fil-lott 5 fil-kuntest tas-sejħa għal offerti imsemmija qabel, u, b’mod partikolari, tannulla r-rapporti ta’ evalwazzjoni tal-offerti u kull kuntratt li sar mal-offerent li ntgħażel; |
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq l-fatt li l-konvenuta għamlet żball manifest ta’ evalwazzjoni billi ċaħdet l-offerta tar-rikorrenti u b’hekk kisret l-Artikolu 168(6) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046. (2) |
2. |
It-tieni motiv, ibbażat fuq il-fatt li l-konvenuta kisret l-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea billi ċaħdet l-offerta tar-rikorrenti u ma kkunsidratx l-ispjegazzjonijiet tar-rikorrenti dwar l-eżistenza u l-integrità tal-offerta teknika tagħha. |
(1) Kif innotifikat lir-rikorrent bl-ittra tal-konvenuta Nru Ares (2021) 6214855 tat-12 ta’ Ottubru 2021.
(2) Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).