Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TN0298

    Kawża T-298/21: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Mejju 2021 – Bodegas Beronia vs EUIPO – Bodegas Carlos Serres (ALEGRA DE BERONIA)

    ĠU C 278, 12.7.2021, p. 69–70 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    12.7.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 278/69


    Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Mejju 2021 – Bodegas Beronia vs EUIPO – Bodegas Carlos Serres (ALEGRA DE BERONIA)

    (Kawża T-298/21)

    (2021/C 278/93)

    Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrent: Bodegas Beronia, SA (La Rioja, Spanja) (rappreżentant: J. Mora Cortés, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Bodegas Carlos Serres, SL (La Rioja)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea ALEGRA DE BERONIA – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 012 451

    Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Marzu 2021 fil-Każ R 2013/2020-1

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata, sa fejn tiċħad l-Appell R 2013/2020-1 u tirrifjuta fit-totalità tagħha t-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 18.012.451 ALEGRA DE BERONIA (verbali) għall-prodotti kkontestati kollha.

    tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

    Motiv invokat

    Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar it-trade mark tal-Unjoni Ewropea.


    Top