EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TN0287

Kawża T-287/21: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Mejju 2021 – Pejovič vs EUIPO – ETA živilska industrija (SALATINA)

ĠU C 278, 12.7.2021, p. 65–65 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 278/65


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Mejju 2021 – Pejovič vs EUIPO – ETA živilska industrija (SALATINA)

(Kawża T-287/21)

(2021/C 278/88)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Edvin Pejovič (Pobegi, is-Slovenja) (rappreżentant: U. Pogačnik, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: ETA živilska industrija d.o.o. (Kamnik, is-Slovenja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “SALATINA” – Trade mark tal-Unjoni Nru 15 940 141

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Marzu 2021 fil-Każ R 889/2020-4

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tilqa’ dan ir-rikors;

tbiddel id-deċiżjoni kkontestata b’tali mod li tilqa’ l-appell tar-rikorrent u tbiddel id-deċiżjoni mogħtija fil-kuntest tal-proċedimenti għal kanċellazzjoni Nru 26 905 C tas-17 ta’ Marzu 2020 b’dan il-mod, li tilqa’ t-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark ikkontestata SALATINA u li tiddikjara li t-trade mark ikkontestata hija invalida fl-intier tagħha;

fl-alternattiv, tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tibgħat il-każ lura lill-EUIPO għal iktar deliberazzjoni;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż kollha.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 60(1)(a) flimkien mal-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq motivi ta’ mala fide;

Ksur tal-Artikolu 63(1)(b) flimkien mal-Artikolu 46(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


Top