This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62021TN0284
Case T-284/21: Action brought on 21 May 2021 — Pejovič v EUIPO — ETA živilska industrija (RENČKI HRAM)
Kawża T-284/21: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Mejju 2021 – Pejovič vs EUIPO – ETA živilska industrija (RENČKI HRAM)
Kawża T-284/21: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Mejju 2021 – Pejovič vs EUIPO – ETA živilska industrija (RENČKI HRAM)
ĠU C 278, 12.7.2021, p. 62–63
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
12.7.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 278/62 |
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Mejju 2021 – Pejovič vs EUIPO – ETA živilska industrija (RENČKI HRAM)
(Kawża T-284/21)
(2021/C 278/85)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Edvin Pejovič (Pobegi, is-Slovenja) (rappreżentant: U. Pogačnik, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: ETA živilska industrija d.o.o. (Kamnik, is-Slovenja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “RENČKI HRAM” – Trade mark tal-Unjoni Nru 15 297 336
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Marzu 2021 fil-Każ R 1050/2020-4
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tilqa’ dan ir-rikors; |
— |
tbiddel id-deċiżjoni kkontestata b’tali mod li tilqa’ l-appell tar-rikorrent u tbiddel id-deċiżjoni mogħtija fil-kuntest tal-proċedimenti għal kanċellazzjoni Nru 34 709 C tat-12 ta’ Mejju 2020 b’tali mod li tilqa’ t-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade marki kkontestata RENČKI HRAM u li tiddikjara li t-trade mark ikkontestata hija invalida fl-intier tagħha; |
— |
fl-alternattiv, tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tibgħat il-każ lura lill-EUIPO għal iktar deliberazzjoni; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż kollha. |
Motivi invokati
— |
Ksur tal-Artikolu 60(1)(a) flimkien mal-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
— |
Ksur tal-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
— |
Ksur tal-Artikolu 63(1)(b) flimkien mal-Artikolu 46(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |