Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TN0256

    Kawża T-256/21: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Mejju 2021 – Domator24.com Paweł Nowak vs EUIPO Siwek u Didyk (Pultruni)

    ĠU C 278, 12.7.2021, p. 53–54 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    12.7.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 278/53


    Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Mejju 2021 – Domator24.com Paweł Nowak vs EUIPO Siwek u Didyk (Pultruni)

    (Kawża T-256/21)

    (2021/C 278/73)

    Lingwa tar-rikors: il-Pollakk

    Partijiet

    Rikorrent: Domator24.com Paweł Nowak (Zielona Góra, il-Polonja) (rappreżentant: T. Gawliczek, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Piotr Siwek (Gdańsk, il-Polonja), Sebastian Didyk (Gdańsk)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: ir-rikorrent quddiem il-Qorti Ġenerali

    Disinn kontenzjuż ikkonċernat: id-disinn tal-Unjoni Nru 3 304 021-0001 (pultruni)

    Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Marzu 2021 fil-Każ R 1275/2020-3

    Talbiet

    Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    tordna lill-parti li titlef il-kawża tħallas lir-rikorrent l-ispejjeż tal-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea u, abbażi tal-Artikolu 190(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, l-ispejjeż indispensabbli sostnuti mir-rikorrent għall-finijiet tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO;

    fil-każ li l-partijiet l-oħra jintervjenu fil-kawża, tordnalhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

    Motivi invokati

    Ksur tal-Artikolu 25(1)(b) moqri flimkien mal-Artikolu 7(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002, billi ġie aċċettat li fid-data tal-preżentata tal-applikazzjoni d-disinn ma kellux karattru individwali;

    Ksur tal-Artikolu 25(1)(b) moqri flimkien mal-Artikolu 7(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002, billi ġie aċċettat li d-disinn preċedenti li ġie invokat bħala prova seta’ sar suffiċjentement magħruf matul it-twettiq ordinarju tan-negozju fl-oqsma speċjalizzati fis-settur tal-gaming.

    Ksur tar-regoli dwar l-oneru tal-prova.

    Ksur tar-regoli dwar l-evalwazzjoni libera tal-prova;

    Ksur tal-Artikolu 25(1)(b) moqri flimkien mal-Artikolu 6(1)(b) u mal-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002;

    Ksur tal-Artikolu 25(1)(b) moqri flimkien mal-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002.


    Top