Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TB0518

    Kawża T-518/21: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2022 – European Paper Packaging Alliance vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament – Ambjent – Linji Gwida tal-Kummissjoni dwar prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss – Direttiva (UE) 2019/904 – Tnaqqis tal-effett ta’ ċerti prodotti tal-plastik fuq l-ambjent – Att li ma jistax ikun is-suġġett ta’ rikors – Inammissibbiltà)

    ĠU C 463, 5.12.2022, p. 45–46 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    5.12.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 463/45


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2022 – European Paper Packaging Alliance vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-518/21) (1)

    (Rikors għal annullament - Ambjent - Linji Gwida tal-Kummissjoni dwar prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss - Direttiva (UE) 2019/904 - Tnaqqis tal-effett ta’ ċerti prodotti tal-plastik fuq l-ambjent - Att li ma jistax ikun is-suġġett ta’ rikors - Inammissibbiltà)

    (2022/C 463/65)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: European Paper Packaging Alliance (Den Haag, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: F. Di Gianni u A. Scalini, avukati)

    Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: L. Haasbeek, aġent)

    Suġġett

    Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tal-punti 2.1.2 u 2.2.1 kif ukoll tat-tabelli 4-2 u 4-8 tal-Linji Gwida tal-Kummissjoni dwar prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss b’konformità mad-Direttiva (UE) 2019/904 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tnaqqis tal-impatt ta’ ċerti prodotti tal-plastik fuq l-ambjent (ĠU 2019, L 155, p. 1).

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

    2)

    Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għal intervent tar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

    3)

    Il-European Paper Packaging Alliance għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea bl-eċċezzjoni ta’ dawk relatati mat-talbiet għal intervent.

    4)

    Il-European Paper Packaging Alliance, il-Kummissjoni, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, il-Parlament u l-Kunsill għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom relatati mat-talba għal intervent.


    (1)  ĠU C 431, 25.10.2021.


    Top