Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TA0312

    Kawża T-312/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2022 – SY vs Il-Kummissjoni (“Servizz pubbliku – Reklutaġġ – Avviż ta’ kompetizzjoni – Kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/374/19 – Deċiżjoni li isem ir-rikorrent ma jiġix inkluż fil-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni – Rikors għal annullament – Tibdil tal-avviż ta’ kompetizzjoni wara li saru parzjalment it-testijiet ta’ ammissjoni – Nuqqas ta’ bażi legali – Aspettattivi leġittimi – Ċertezza legali – Forza maġġuri – Ugwaljanza fit-trattament – Benefiċċju ta’ arranġamenti speċjali – Organizzazzjoni mill-bogħod tal-eżamijiet – Rata għolja ta’ suċċess tal-kandidati interni – Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni”)

    ĠU C 63, 20.2.2023, p. 38–39 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    20.2.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 63/38


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2022 – SY vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-312/21) (1)

    (“Servizz pubbliku - Reklutaġġ - Avviż ta’ kompetizzjoni - Kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/374/19 - Deċiżjoni li isem ir-rikorrent ma jiġix inkluż fil-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni - Rikors għal annullament - Tibdil tal-avviż ta’ kompetizzjoni wara li saru parzjalment it-testijiet ta’ ammissjoni - Nuqqas ta’ bażi legali - Aspettattivi leġittimi - Ċertezza legali - Forza maġġuri - Ugwaljanza fit-trattament - Benefiċċju ta’ arranġamenti speċjali - Organizzazzjoni mill-bogħod tal-eżamijiet - Rata għolja ta’ suċċess tal-kandidati interni - Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni”)

    (2023/C 63/47)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrent: SY (rappreżentant: T. Walberer, avukat)

    Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Hohenecker, T. Lilamand u D. Milanowska, aġenti)

    Suġġett

    Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 270 TFUE u fuq l-Artikolu 91 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea, ir-rikorrent jitlob, essenzjalment, l-ewwel, l-annullament tal-addendum għall-avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/374/19 (ĠU 2020, C 374A, p. 3), li mmodifika l-modalitajiet tal-eżamijiet ta’ din il-kompetizzjoni minħabba l-pandemija tal-COVID-19, tal-konvokazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea tal-20 ta’ Novembru 2020 sabiex isir eżami, tal-lista ta’ riżerva stabbilita mill-imsemmija kompetizzjoni fil-qasam tad-dritt tal-kompetizzjoni, tad-deċiżjonijiet dwar ir-reklutaġġ ta’ kandidati abbażi ta’ din il-lista ta’ riżerva u tad-deċiżjoni ta’ eżami mill-ġdid tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni li tikkonferma d-deċiżjoni li ismu ma jiġix inkluż fil-lista ta’ riżerva. It-tieni, huwa jitlob, sussidjarjament, li fis-sentenza li ser tingħata tippreċiża r-rekwiżiti konkreti li għandhom jiġu segwiti mill-Kummissjoni sabiex tiġi stabbilita mill-ġdid is-sitwazzjoni legali li kien jinsab fiha qabel l-illegalità mwettqa mill-imsemmi Bord tal-Għażla, sabiex dan ikun jista’ jinkludi ismu fil-lista ta’ riżerva. It-tielet, huwa jitlob lill-Qorti Ġenerali tikkonstata l-ksur mill-Kummissjoni tal-Artikolu 265 TFUE, peress li hija naqset milli tibgħatlu deċiżjoni dwar l-ilment amministrattiv tiegħu tas-17 ta’ Jannar 2021.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    SY għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll nofs dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

    3)

    Il-Kummissjoni għandha tbati nofs l-ispejjeż rispettivi tagħha.


    (1)  ĠU C 310, 2.8.2021.


    Top