This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62021TA0311
Case T-311/21: Judgment of the General Court of 5 October 2022 — SV v EIB (Civil service — EIB staff — Performance appraisal — Promotion — Administrative review — Special procedure applicable to appraisal decisions — Rule of correspondence between the administrative review and the subsequent application — Intensity of the review — Obligation to state reasons — Right to be heard — Manifest error of assessment — Liability)
Kawża T-311/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ottubru 2022 – SV vs BEI (“Servizz pubbliku – Persunal tal-BEI – Evalwazzjoni tal-prestazzjoni – Promozzjoni – Azzjoni amministrattiva – Proċedura speċjali applikabbli għad-deċiżjonijiet ta’ evalwazzjoni – Regola ta’ konkordanza bejn l-azzjoni amministrattiva u r-rikors sussegwenti – Intensità tal-istħarriġ – Obbligu ta’ motivazzjoni – Dritt għal smigħ – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Responsabbiltà”)

ĠU C 463, 5.12.2022, p. 30–30
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
5.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 463/30 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ottubru 2022 – SV vs BEI
(Kawża T-311/21) (1)
(“Servizz pubbliku - Persunal tal-BEI - Evalwazzjoni tal-prestazzjoni - Promozzjoni - Azzjoni amministrattiva - Proċedura speċjali applikabbli għad-deċiżjonijiet ta’ evalwazzjoni - Regola ta’ konkordanza bejn l-azzjoni amministrattiva u r-rikors sussegwenti - Intensità tal-istħarriġ - Obbligu ta’ motivazzjoni - Dritt għal smigħ - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Responsabbiltà”)
(2022/C 463/40)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: SV(rappreżentant: L. Levi, avukata)
Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment (rappreżentanti: K. Carr u G. Faedo, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)
Suġġett
Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 270TFUE u fuq l-Artikolu50a tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, ir-rikorrent jitlob, minn naħa, l-annullament tad-dokument ta’ prestazzjoni tiegħu 2019 kif ukoll tad-deċiżjonijiet sussegwenti adottati fil-kuntest tal-proċedura speċjali ta’ azzjoni amministrattiva applikabbli għad-deċiżjonijiet ta’ evalwazzjoni tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) u, min-naħa l-oħra, il-kumpens għad-danni li huwa kien issubixxa minħabba dan il-fatt.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
SV huwa kkundannat għall-ispejjeż. |