This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62021CN0594
Case C-594/21: Request for a preliminary ruling from the Oberlandesgericht Frankfurt am Main (Germany) lodged on 27 September 2021 — VB v Sixt Leasing SE
Kawża C-594/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Frankfurt am Main (il-Ġermanja) fis-27 ta’ Settembru 2021 – VB vs Sixt Leasing SE
Kawża C-594/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Frankfurt am Main (il-Ġermanja) fis-27 ta’ Settembru 2021 – VB vs Sixt Leasing SE
ĠU C 490, 6.12.2021, p. 23–23
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
6.12.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 490/23 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Frankfurt am Main (il-Ġermanja) fis-27 ta’ Settembru 2021 – VB vs Sixt Leasing SE
(Kawża C-594/21)
(2021/C 490/23)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberlandesgericht Frankfurt am Main
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: VB
Konvenut: Sixt Leasing SE
Domanda preliminari
1a) |
Il-kuntratti ta’ leasing ta’ vetturi bil-mutur abbażi ta’ kontabbilizzazzjoni ta’ kilometri konklużi ma’ konsumatur għal tul ta’ 48 xahar jikkostitwixxu “servizzi tal-kiri tal-karozzi” u għalhekk jaqgħu taħt l-eċċezzjoni dwar id-dritt ta’ rtirar skont il-leġiżlazzjoni dwar il-bejgħ mill-bogħod konformement mal-Artikolu 16(l) tad-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1)? Jekk ir-risposta għall-punt (a) tal-ewwel domanda hija fin-negattiv: |
1b) |
Il-kuntratti ta’ leasing ta’ vetturi bil-mutur abbażi ta’ kontabbilizzazzjoni ta’ kilometri konklużi ma’ konsumatur jikkostitwixxu kuntratti ta’ servizzi finanzjarji fis-sens tal-Artikolu 2(b) tad-Direttiva 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2002 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq b’distanza ta’ servizzi finanzjarji ta’ konsumaturi u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 90/619/KEE u d-Direttivi 97/7/KE u 98/27/KE (2), inkorporati fil-punt 12 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2011/83/UE? |
(2) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 4, p. 321, rettifika fil-ĠU 2013, L 228, p. 14.