Ten dokument pochodzi ze strony internetowej EUR-Lex
Dokument 62021CN0543
Case C-543/21: Request for a preliminary ruling from the Bundesgerichtshof (Germany) lodged on 31 August 2021 — Verband Sozialer Wettbewerb e.V. v famila-Handelsmarkt Kiel GmbH & Co. KG
Kawża C-543/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fil-31 ta’ Awwissu 2021 – Verband Sozialer Wettbewerb eV vs famila-Handelsmarkt Kiel GmbH & Co. KG
Kawża C-543/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fil-31 ta’ Awwissu 2021 – Verband Sozialer Wettbewerb eV vs famila-Handelsmarkt Kiel GmbH & Co. KG
ĠU C 490, 6.12.2021, str. 21—21
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
6.12.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 490/21 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fil-31 ta’ Awwissu 2021 – Verband Sozialer Wettbewerb eV vs famila-Handelsmarkt Kiel GmbH & Co. KG
(Kawża C-543/21)
(2021/C 490/20)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Verband Sozialer Wettbewerb e.V.
Konvenut: famila-Handelsmarkt Kiel GmbH & Co. KG
Domandi preliminari
1) |
Il-kunċett ta’ prezz tal-bejgħ, fis-sens tal-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 98/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 dwar il-protezzjoni tal-konsumatur fl-indikazzjoni tal-prezzijiet ta’ prodotti offruti lill-konsumaturi (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li għandu jinkludi l-ammont tad-depożitu rimborsabbli mar-ritorn li għandu jitħallas mill-konsumatur meta jixtri prodotti fi fliexken jew f’kontenituri tal-ħġieġ li fuqhom jitħallas tali depożitu? |
2) |
Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda: L-Artikolu 10 tad-Direttiva 98/6 jippermetti lill-Istati Membri jżommu dispożizzjoni differenti mill-Artikolu 3(1) u (4), ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 2(a) ta’ din id-direttiva, bħalma huwa l-Artikolu 1(4) tal-Preisangabenverordnung (ir-Regolament dwar l-Indikazzjoni tal-Prezz), li jipprovdi li, fil-każ li minbarra l-korrispettiv għal prodott tkun meħtieġa garanzija rimborsabbli, l-ammont tagħha għandu jiġi indikat ħdejn il-prezz tal-prodott mingħajr indikazzjoni tal-ammont totali, jew dan huwa prekluż mill-approċċ ta’ armonizzazzjoni sħiħa meħud fid-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali) (2)? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 4, p. 32.
(2) ĠU 2005, L 149, p. 22, rettifika fil-ĠU L 114, 27.4.2006, p. 86