Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CN0479

    Kawża C-479/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court (l-Irlanda) fit-3 ta’ Awwissu 2021 – Proċeduri kriminali kontra SN u SD. Il-partijiet l-oħra: Governor of Cloverhill Prison, Ireland, Attorney General, Governor of Mountjoy prison

    ĠU C 391, 27.9.2021, p. 15–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.9.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 391/15


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court (l-Irlanda) fit-3 ta’ Awwissu 2021 – Proċeduri kriminali kontra SN u SD. Il-partijiet l-oħra: Governor of Cloverhill Prison, Ireland, Attorney General, Governor of Mountjoy prison

    (Kawża C-479/21)

    (2021/C 391/22)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Qorti tar-rinviju

    Supreme Court

    Proċeduri kriminali kontra

    SN u SD

    Domandi preliminari

    1)

    Id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, li jipprevedu ż-żamma tas-sistema tal-MAE (1) fir-rigward tar-Renju Unit, matul il-perijodu ta’ tranżizzjoni previst f’dan il-ftehim, jistgħu jitqiesu li huma vinkolanti għall-Irlanda b’teħid inkunsiderazzjoni tal-kontenut sinjifikattiv tiegħu fil-qasam tal-AFSJ (2); u

    2)

    Id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni li jipprevedu ż-żamma tas-sistema tal-MAE fir-rigward tar-Renju Unit wara l-perijodu rilevanti ta’ tranżizzjoni, jistgħu jitqiesu li huma vinkolanti għall-Irlanda b’teħid inkunsiderazzjoni tal-kontenut sinjifikattiv tiegħu fil-qasam tal-AFSJ?


    (1)  Mandat ta’ arrest Ewropew.

    (2)  Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja.


    Top