EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CN0364

Kawża C-364/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte dei Conti (l-Italja) fl-10 ta’ Ġunju 2021 – Federazione Italiana Triathlon vs Istituto Nazionale di Statistica – ISTAT, Ministrero dell’Economia e delle Finanze

ĠU C 349, 30.8.2021, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 349/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte dei Conti (l-Italja) fl-10 ta’ Ġunju 2021 – Federazione Italiana Triathlon vs Istituto Nazionale di Statistica – ISTAT, Ministrero dell’Economia e delle Finanze

(Kawża C-364/21)

(2021/C 349/26)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte dei Conti

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Federazione Italiana Triathlon

Konvenuti: Istituto Nazionale di Statistica – ISTAT, Ministrero dell’Economia e delle Finanze

Parti oħra fil-proċedura: Procura generale della Corte dei conti

Domandi preliminari

1)

Ir-regola tal-applikabbiltà diretta tar-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem “ESA 2010”) (1) u l-prinċipju tal-effett utli ta’ dan ir-regolament u tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/85/UE tat-8 ta’ Novembru 2011 dwar ir-rekwiżiti għal oqfsa baġitarji tal-Istati Membri (2) jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li abbażi tagħha l-ġurisdizzjoni tal-qorti nazzjonali fuq l-applikazzjoni tal-ESA 2010 tiġi limitata biss għall-finijiet tal-leġiżlazzjoni nazzjonali fil-qasam tal-limitazzjoni tal-ispiża pubblika u li twaqqaf l-effet utli prinċipali tas-sistema tad-dritt tal-Unjoni Ewropea, jiġifieri l-verifika tat-trasparenza u tal-affidabbiltà tal-bilanċi baġitarji, li jippermetti li tiġi vverifikata t-trajjettorja ta’ konverġenza tal-Italja lejn it-twettiq tal-objettiv baġitarju ta’ terminu medju?

2)

Ir-regola tal-applikabbiltà diretta tal-ESA 2010 u l-prinċipju tal-effett utli ta’ dan ir-regolament u tad-Direttiva 2011/85, għal dak li jirrigwarda s-separazzjoni organizzazzjonali bejn l-awtoritajiet baġitarji u l-organi ta’ kontroll, jipprekludu li leġiżlazzjoni nazzjonali li abbażi tagħha l-ġurisdizzjoni ta’ qorti nazzjonali fuq l-applikazzjoni tal-ESA 2010 tiġi limitata biss għall-finijiet tal-leġiżlazzjoni nazzjonali fil-qasam tal-limitazzjoni tal-ispiża pubblika, u li twaqqaf b’hekk kwalunkwe kontroll indipendenti fir-rigward tal-identifikazzjoni tal-entitajiet li jikkontribwixxu għall-awditjar tal-kontijiet tal-amministrazzjoni pubblika Taljana (kif iddefinita għall-finijiet tad-dritt tal-Unjoni), li jippermetti li tiġi vverifikata t-trajjettorja ta’ konverġenza tal-Italja lejn it-twettiq tal-objettiv baġitarju ta’ terminu medju?

3)

Il-prinċipju tal-Istat tad-dritt, fil-forma ta’ effettività tal-protezzjoni ġudizzjarja u tal-ekwivalenza tar-rimedji legali, jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li:

a)

tipprekludi kull stħarriġ ġudizzjarju fuq l-applikabbiltà tal-ESA 2010, magħmul mill-ISTAT għall-finijiet tad-definizzjoni tal-portata tas-settur S.13 u għaldaqstant, dwar l-eżattezza, it-trasparenza u l-affidabbiltà tal-bilanċi baġitarji, li jippermetti li tiġi vverifikata t-trajjettorja ta’ konverġenza tal-Italja lejn it-twettiq tal-objettiv baġitarju ta’ terminu medju (ksur tal-prinċipju tal-effettività tal-protezzjoni ġudizzjarja);

b)

tesponi lir-rikorrenti, jekk l-interpretazzjoni tar-regola li hija proposta mill-amministrazzjonijiet konvenuti kellha titqies bħala eżatta, anki permezz ta’ interpretazzjoni awtentika, għall-oneru doppju li tagħmel azzjoni legali u, għaldaqstant, għal riskju ta’ deċiżjonijiet kontradittorji dwar l-eżistenza ta’ status legali skont id-dritt tal-Unjoni, fatt li jagħmel impossibbli l-protezzjoni effettiva tad-dritt tagħha ratione temporis, fit-terminu meħtieġ sabiex teżegwixxi l-obbligi li jirriżultaw [mid-deċiżjoni li jagħti dan l-istatus kontenzjuż] (jiġifieri matul is-sena finanzjarja) u xxejjen iċ-ċertezza legali fir-rigward tal-eżistenza tal-istatus ta’ amministrazzjoni pubblika;

c)

dejjem jekk l-interpretazzjoni tar-regola li hija proposta mill-amministrazzjonijiet konvenuti kellha titqies bħala eżatta, anki permezz ta’ interpretazzjoni awtentika, tipprevedi li hija qorti li ma hijiex dik li għaliha l-kostituzzjoni Taljana tirriżerva l-ġurisdizzjoni fuq id-dritt baġitarju li għandha ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi dwar l-eżattezza tad-definizzjoni tal-baġit?


(1)  ĠU 2013, L 174, p. 1.

(2)  ĠU 2011, L 306, p. 41.


Top