Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CN0264

    Kawża C-264/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein oikeus (il-Finlandja) fit-22 ta’ April 2021 – Keskinäinen Vakuutusyhtiö Fennia vs Koninklijke Philips N.V.

    ĠU C 278, 12.7.2021, p. 30–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    12.7.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 278/30


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein oikeus (il-Finlandja) fit-22 ta’ April 2021 – Keskinäinen Vakuutusyhtiö Fennia vs Koninklijke Philips N.V.

    (Kawża C-264/21)

    (2021/C 278/42)

    Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

    Qorti tar-rinviju

    Korkein oikeus

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Keskinäinen Vakuutusyhtiö Fennia

    Konvenut: Koninklijke Philips N.V.

    Domandi preliminari

    1)

    Il-kunċett ta’ produttur fis-sens tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 1999/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 Mejju 1999 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 85/374/KE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri dwar responabbiltà għall-prodotti difettużi (1) jirrikjedi li persuna li tqiegħed isimha, il-marka tan-negozju tagħha jew fattur distintiv ieħor fuq il-prodott, jew li awtorizzat dan it-tqegħid, tippreżenta lilha nnifisha ukoll bħala l-produttur tal-prodott b’xi mod ieħor?

    2)

    Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, fid-dawl ta’ liema kriterji għandu jiġi evalwat il-fatt li persuna tippreżenta lilha nnifisha bħala l-produttur tal-prodott? Huwa rilevanti għal din l-evalwazzjoni li l-prodott kien immanifatturat minn sussidjarja tal-proprjetarju tat-trade mark u ddistribwit minn sussidjarja oħra?


    (1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 4, p. 147.


    Top