This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62021CN0140
Case C-140/21: Request for a preliminary ruling from the Landgericht Köln (Germany) lodged on 5 March 2021 — Deutsche Lufthansa AG v ED
Kawża C-140/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Köln (il-Ġermanja) fil-5 ta’ Marzu 2021 – Deutsche Lufthansa AG vs ED
Kawża C-140/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Köln (il-Ġermanja) fil-5 ta’ Marzu 2021 – Deutsche Lufthansa AG vs ED
ĠU C 391, 27.9.2021, p. 3–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
27.9.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 391/3 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Köln (il-Ġermanja) fil-5 ta’ Marzu 2021 – Deutsche Lufthansa AG vs ED
(Kawża C-140/21)
(2021/C 391/05)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landgericht Köln
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Deutsche Lufthansa AG
Konvenut: ED
Domanda preliminari
Strajk mill-impjegati tat-trasportatur tal-ajru stess imsejjaħ minn sindakat jikkostitwixxi ċirkustanza straordinarja fis-sens tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (1)?
Il-kawża tħassret mir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja permezz tad-digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-18 ta’ Ġunju 2021.
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10.