EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CN0024

Kawża C-24/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale ordinario di Pordenone (l-Italja) fl-14 ta’ Jannar 2021 – PH vs Regione Autonoma Friuli Venezia Giulia

ĠU C 391, 27.9.2021, p. 2–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 391/2


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale ordinario di Pordenone (l-Italja) fl-14 ta’ Jannar 2021 – PH vs Regione Autonoma Friuli Venezia Giulia

(Kawża C-24/21)

(2021/C 391/03)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale ordinario di Pordenone.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: PH

Konvenut: Regione Autonoma Friuli Venezia Giulia

Domandi preliminari

1)

Il-projbizzjoni imposta mill-Artikolu 2.1 tal-Legge Regionale Friuli Venezia Giulia n. 5/2011 (il-Liġi Reġjonali Nru 5/2011), li ddaħħal miżuri ta’ koeżistenza li jirriżultaw fil-projbizzjoni li jiġu kkoltivati l-varjetajiet ta’ qamħirrun MON 810 fit-territorju tar-Reġjun Friuli Venezia Giulia (l-Italja), tikkonforma ruħha jew le mal-istruttura sħiħa tad-Direttiva 2001/18 (1), b’mod partikolari fid-dawl tar-Regolament Nru 1829/2003 (2) u l-preċiżazzjonijiet magħmula mir-Rakkomandazzjoni [2010]/C200/01 (3)?

2)

Il-projbizzjoni ċċitata iktar ’il fuq tista’ tikkostitwixxi miżura li għandha effett ekwivalenti u għaldaqstant, tmur kontra l-Artikoli 34, 35, u 36TFUE?


(1)  Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 6, p. 77).

(2)  Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 32, p. 432).

(3)  Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Lulju 2010 dwar linji gwida għall-iżvilupp ta’ miżuri ta’ koeżistenza nazzjonali biex tiġi evitata l-preżenza mhux intenzjonata ta’ OMĠ f’uċuħ konvenzjonali u organiċi (ĠU 2010 C 200, p. 1).


Top