Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CA0593

    Kawża C-593/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-13 ta’ Ottubru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation – il-Belġju) – NY vs Herios SARL (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Direttiva 86/653/KEE – Artikolu 17(2)(a) – Aġenti kummerċjali li jaħdmu għal rashom – Terminazzjoni tal-kuntratt ta’ aġenzija mill-prinċipal – Indennizz għal tkeċċija – Subaġenzija – Dritt tas-subaġent proporzjonalment għall-indennizz għal tkeċċija dovut lill-aġent prinċipali li jikkorrispondi għall-klijentela mogħtija mis-subaġent)

    ĠU C 463, 5.12.2022, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    5.12.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 463/13


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-13 ta’ Ottubru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation – il-Belġju) – NY vs Herios SARL

    (Kawża C-593/21) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 86/653/KEE - Artikolu 17(2)(a) - Aġenti kummerċjali li jaħdmu għal rashom - Terminazzjoni tal-kuntratt ta’ aġenzija mill-prinċipal - Indennizz għal tkeċċija - Subaġenzija - Dritt tas-subaġent proporzjonalment għall-indennizz għal tkeċċija dovut lill-aġent prinċipali li jikkorrispondi għall-klijentela mogħtija mis-subaġent)

    (2022/C 463/16)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Qorti tar-rinviju

    Cour de cassation

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: NY

    Konvenut: Herios SARL

    Dispożittiv

    L-Artikolu 17(2)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 1986 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membru li jirrigwardaw aġenti kummerċjali li jaħdmu għal rashom

    għandu jiġi interpretat fis-sens li:

    il-indennizz għal tkeċċija li tħallas mill-prinċipal lill-aġent ewlieni għall-klijentela prodotta mis-subaġent, jista’ jikkostitwixxi, fir-rigward tal-aġent ewlieni, benefiċċju sostanzjali.

    Madankollu, il-ħlas ta’ indennizz għal tkeċċija lis-subaġent jista’ jitqies li huwa inġust, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, meta dan iwettaq l-attivitajiet tiegħu ta’ aġent kummerċjali fir-rigward tal-istess klijenti u għall-istess prodotti, iżda fil-kuntest ta’ relazzjoni diretta mal-prinċipal ewlieni, u dan b’sostituzzjoni tal-aġent ewlieni li kien irreklutah preċedentement.


    (1)  ĠU C 502, 13.12.2021.


    Top