Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CA0355

    Kawża C-355/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-13 ta’ Ottubru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Najwyższy – il-Polonja) – Perfumesco.pl sp. z o.o., sp. k. vs Procter & Gamble International Operations SA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Proprjetà intellettwali – Direttiva 2004/48/KE – Rispett tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali – Artikolu 10 – Miżuri korrettivi – Distruzzjoni ta’ merkanzija – Kunċett ta’ “ksur ta’ dritt tal-proprjetà intellettwali” – Merkanzija li għandha trade mark tal-Unjoni Ewropea)

    ĠU C 463, 5.12.2022, p. 9–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    5.12.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 463/9


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-13 ta’ Ottubru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Najwyższy – il-Polonja) – Perfumesco.pl sp. z o.o., sp. k. vs Procter & Gamble International Operations SA

    (Kawża C-355/21) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proprjetà intellettwali - Direttiva 2004/48/KE - Rispett tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali - Artikolu 10 - Miżuri korrettivi - Distruzzjoni ta’ merkanzija - Kunċett ta’ “ksur ta’ dritt tal-proprjetà intellettwali” - Merkanzija li għandha trade mark tal-Unjoni Ewropea)

    (2022/C 463/11)

    Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

    Qorti tar-rinviju

    Sąd Najwyższy

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Perfumesco.pl sp. z o.o., sp. k.

    Konvenut: Procter & Gamble International Operations SA

    fil-preżenza ta’: Rzecznik Praw Obywatelskich

    Dispożittiv

    L-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali,

    għandu jiġi interpretat fis-sens li:

    jipprekludi l-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni nazzjonali li tipprovdi li miżura ta’ protezzjoni li tikkonsisti fid-distruzzjoni ta’ merkanzija ma tistax tiġi applikata għal merkanzija li ġiet immanifatturata u li fuqha tqiegħdet trade mark tal-Unjoni Ewropea, bil-kunsens tal-proprjetarju tagħha, iżda li tqiegħdet fis-suq taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) mingħajr il-kunsens tiegħu.


    (1)  ĠU C 357, 06.09.2021.


    Top