This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62021CA0262
Case C-262/21 PPU: Judgment of the Court (First Chamber) of 2 August 2021 (request for a preliminary ruling from the Korkein oikeus — Finland) — A v B (Reference for a preliminary ruling — Area of freedom, security and justice — Jurisdiction, recognition and enforcement of decisions in matrimonial matters and the matters of parental responsibility — Regulation (EC) No 2201/2003 — Scope — Article 2(11) — Definition of ‘wrongful removal or retention of a child’ — Hague Convention of 25 October 1980 — Application for the return of a young child whose parents have joint custody — Third-country nationals — Transfer of the child and his or her mother to the Member State responsible for examining an application for international protection pursuant to Regulation (EU) No 604/2013 (Dublin III))
Kawża C-262/21 PPU: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-2 ta’ Awwissu 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Korkein oikeus – il-Finlandja) – A vs B (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja – Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni tas-sentenzi fil-qasam matrimonjali u fil-qasam tar-responsabbiltà tal-ġenituri – Regolament (KE) Nru 2201/2003 – Kamp ta’ applikazzjoni – Punt 11 tal-Artikolu 2 – Kunċett ta’ “tneħħija jew żamma inġusta ta’ wild” – Konvenzjoni ta’ Den Haag tal-25 ta’ Ottubru 1980 – Talba għar-ritorn ta’ wild ta’ età żgħira li tiegħu l-ġenituri għandhom il-kustodja konġunta – Ċittadini ta’ pajjiż terz – Trasferiment tal-wild u ta’ ommu lejn l-Istat Membru responsabbli għall-eżami ta’ applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali skont ir-Regolament (UE) Nru 604/2013 (Dublin III))

ĠU C 382, 20.9.2021, p. 4–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
20.9.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 382/4 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-2 ta’ Awwissu 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Korkein oikeus – il-Finlandja) – A vs B
(Kawża C-262/21 PPU) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni tas-sentenzi fil-qasam matrimonjali u fil-qasam tar-responsabbiltà tal-ġenituri - Regolament (KE) Nru 2201/2003 - Kamp ta’ applikazzjoni - Punt 11 tal-Artikolu 2 - Kunċett ta’ “tneħħija jew żamma inġusta ta’ wild” - Konvenzjoni ta’ Den Haag tal-25 ta’ Ottubru 1980 - Talba għar-ritorn ta’ wild ta’ età żgħira li tiegħu l-ġenituri għandhom il-kustodja konġunta - Ċittadini ta’ pajjiż terz - Trasferiment tal-wild u ta’ ommu lejn l-Istat Membru responsabbli għall-eżami ta’ applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali skont ir-Regolament (UE) Nru 604/2013 (Dublin III))
(2021/C 382/04)
Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż
Qorti tar-rinviju
Korkein oikeus
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: A
Konvenut: B
Dispożittiv
Il-punt 11 tal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta’ Novembru 2003 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma tistax tikkostitwixxi tneħħija inġusta jew żamma inġusta, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, is-sitwazzjoni li fiha wieħed mill-ġenituri, mingħajr il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor, ikollu jieħu lill-wild tiegħu mill-Istat ta’ residenza abitwali tiegħu lejn Stat Membru ieħor b’eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni ta’ trasferiment meħuda mill-ewwel Stat Membru fuq il-bażi tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida, u mbagħad ikollu jibqa’ f’dan it-tieni Stat Membru, wara li din id-deċiżjoni ta’ trasferiment tkun ġiet annullata mingħajr ma l-awtoritajiet tal-ewwel Stat Membru jkunu, madankollu, iddeċidew li jieħdu mill-ġdid taħt ir-responsabbiltà tagħhom lill-persuni ttrasferiti jew li jawtorizzawhom jirrisjedu hemmhekk.