Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TN0001

    Kawża T-1/20: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Jannar 2020 – M. I. Industries vs EUIPO – Natural Instinct (INSTINCT)

    ĠU C 68, 2.3.2020, p. 54–54 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    2.3.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 68/54


    Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Jannar 2020 – M. I. Industries vs EUIPO – Natural Instinct (INSTINCT)

    (Kawża T-1/20)

    (2020/C 68/62)

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: M. I. Industries, Inc. (Lincoln, Nebraska, l-Istati Uniti) (rappreżentant: M. Montañá Mora u S. Sebe Marin, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Natural Instinct Ltd (Camberley, ir-Renju Unit)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea“INSTINCT” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 5 208 418

    Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ annullament

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ Ottubru 2019 fil-Każ R 178/2019-5.

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    tikkundanna lill-EUIPO u, jekk ikun il-każ, lill-applikant għall-annullament sabiex flimkien u in solidum iħallsu l-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri.

    Motiv invokat

    Ksur tal-Artikoli 58(1)(a) u 18 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-prova tal-użu.


    Top