Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TA0732

Kawża T-732/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Ottubru 2021 – Freundlieb vs EUIPO (CRYSTAL) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali CRYSTAL – Assenza ta’ applikazzjoni għat-tiġdid tar-reġistrazzjoni tat-trade mark – Tħassir tat-trade mark mal-iskadenza tar-reġistrazzjoni – Applikazzjoni għal restitutio in integrum – Artikolu 104 tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Dmir ta’ viġilanza – Assenza ta’ kontroll – Nuqqas ta’ osservanza tat-termini”)

ĠU C 490, 6.12.2021, p. 41–41 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

6.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 490/41


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Ottubru 2021 – Freundlieb vs EUIPO (CRYSTAL)

(Kawża T-732/20) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali CRYSTAL - Assenza ta’ applikazzjoni għat-tiġdid tar-reġistrazzjoni tat-trade mark - Tħassir tat-trade mark mal-iskadenza tar-reġistrazzjoni - Applikazzjoni għal restitutio in integrum - Artikolu 104 tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Dmir ta’ viġilanza - Assenza ta’ kontroll - Nuqqas ta’ osservanza tat-termini”)

(2021/C 490/48)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Andreas Freundlieb (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Vogtmeier, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: E. Markakis, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-1 ta’ Ottubru 2020 (Każ R 1056/2020-5), dwar applikazzjoni għal restitutio in integrum tad-dritt li jintalab it-tiġdid tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali CRYSTAL.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Andreas Freundlieb huwa kkundannat għall-ispejjeż tiegħu kif ukoll għal dawk esposti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).


(1)  ĠU C 44, 8.2.2021.


Top