Välj vilka experimentfunktioner du vill testa

Det här dokumentet är ett utdrag från EUR-Lex webbplats

Dokument 62020TA0388

    Kawża T-388/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ April 2021 – Ryanair vs Il-Kummissjoni (Finnair I; Covid-19) (“Għajnuna mill-Istat – Suq Finlandiż tat-trasport bl-ajru – Għajnuna mogħtija mill-Finlandja lil Finnair fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 – Garanzija tal-Istat assoċjata ma’ self – Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet – Qafas Temporanju għal Miżuri ta’ Għajnuna mill-Istat – Għajnuna intiża li tirrimedja disturb serju tal-ekonomija ta’ Stat Membru – Assenza ta’ bbilanċjar tal-effetti benefiċi tal-għajnuna mal-effetti negattivi tagħha fuq il-kundizzjonijiet tal-kummerċ u fuq iż-żamma ta’ kompetizzjoni mhux distorta – Ugwaljanza fit-trattament – Libertà ta’ stabbiliment – Libertà li jiġu pprovduti servizzi – Obbligu ta’ motivazzjoni”)

    ĠU C 242, 21.6.2021, s. 43–44 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.6.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 242/43


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ April 2021 – Ryanair vs Il-Kummissjoni (Finnair I; Covid-19)

    (Kawża T-388/20) (1)

    (“Għajnuna mill-Istat - Suq Finlandiż tat-trasport bl-ajru - Għajnuna mogħtija mill-Finlandja lil Finnair fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 - Garanzija tal-Istat assoċjata ma’ self - Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet - Qafas Temporanju għal Miżuri ta’ Għajnuna mill-Istat - Għajnuna intiża li tirrimedja disturb serju tal-ekonomija ta’ Stat Membru - Assenza ta’ bbilanċjar tal-effetti benefiċi tal-għajnuna mal-effetti negattivi tagħha fuq il-kundizzjonijiet tal-kummerċ u fuq iż-żamma ta’ kompetizzjoni mhux distorta - Ugwaljanza fit-trattament - Libertà ta’ stabbiliment - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Obbligu ta’ motivazzjoni”)

    (2021/C 242/61)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Ryanair DAC (Swords, l-Irlanda) (rappreżentanti: E. Vahida, F.-C. Laprévote, S. Rating u I.-G. Metaxas-Maranghidis, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn, S. Noë u F. Tomat, aġenti)

    Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: L. Aguilera Ruiz, aġent), Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: E. de Moustier u P. Dodeller, aġenti), Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentant: H. Leppo, aġent)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2020) 3387 finali tat-18 ta’ Mejju 2020 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.56809 (2020/N) – Il-Finlandja – COVID-19: Garanzija tal-Istat mogħtija lil Finnair.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Ryanair DAC hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha stess kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, inklużi dawk sostnuti fil-kuntest tat-talba għal trattament kunfidenzjali.

    3)

    Ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża u r-Repubblika tal-Finlandja għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


    (1)  ĠU C 262, 10.8.2020.


    Upp