Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TA0269

    Kawża T-269/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Lulju 2021 – Pshonka vs Il-Kunsill (“Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħudin fid-dawl tas-sitwazzjoni f’Ukraina – Iffriżar ta’ fondi – Lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplika l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi – Żamma tal-isem tar-rikorrenti fuq il-lista – Obbligu tal-Kunsill li jivverifika li d-deċiżjoni ta’ awtorità ta’ Stat terz ittieħed fir-rispett tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva”)

    ĠU C 329, 16.8.2021, p. 25–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    16.8.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 329/25


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Lulju 2021 – Pshonka vs Il-Kunsill

    (Kawża T-269/20) (1)

    (“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħudin fid-dawl tas-sitwazzjoni f’Ukraina - Iffriżar ta’ fondi - Lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplika l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi - Żamma tal-isem tar-rikorrenti fuq il-lista - Obbligu tal-Kunsill li jivverifika li d-deċiżjoni ta’ awtorità ta’ Stat terz ittieħed fir-rispett tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva”)

    (2021/C 329/32)

    Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

    Partijiet

    Rikorrent: Viktor Pavlovych Pshonka (Kiev, l-Ukraina) (rappreżentant: M. Mleziva, avukat)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Pekař u P. Mahnič, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/373 tal-5 ta’ Marzu 2020 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2020, L 71, p. 10) u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/370 tal-5 ta’ Marzu 2020 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2020, L 71, p. 1), sa fejn dawn l-atti jżommu l-isem tar-rikorrent fuq il-lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplikaw dawn il-miżuri restrittivi.

    Dispożittiv

    1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/373 tal-5 ta’ Marzu 2020 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna, u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/370 tal-5 ta’ Marzu 2020 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna huma annullati sa fejn l-isem ta’ Viktor Pavlovych Pshonka nżamm fuq il-lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplikaw dawn il-miżuri restrittivi.

    2)

    Il Kunsill tal-Unjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 222, 6.7.2020.


    Top