Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TA0219

    Kawża T-219/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Ottubru 2021 – JK vs Il-Kummissjoni (“Servizz pubbliku – Uffiċjali – Persunal tal-Kummissjoni fis-servizz mas-SEAE – Talba għal assistenza – Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal – Deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda ta’ talba – Deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilment – Artikolu 90 tar-Regolamenti tal-Persunal – Awtorità tal-Ħatra kompetenti – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba”)

    ĠU C 490, 6.12.2021, p. 37–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    6.12.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 490/37


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Ottubru 2021 – JK vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-219/20) (1)

    (“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Persunal tal-Kummissjoni fis-servizz mas-SEAE - Talba għal assistenza - Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal - Deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda ta’ talba - Deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilment - Artikolu 90 tar-Regolamenti tal-Persunal - Awtorità tal-Ħatra kompetenti - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba”)

    (2021/C 490/41)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: JK (rappreżentant: N. de Montigny, avukat)

    Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Bohr u T. Lilamand, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Ġunju 2019 li tiċħad it-talba għal assistenza tar-rikorrent imressqa skont l-Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea u tad-deċiżjoni tagħha tas-6 ta’ Jannar 2020 li tiċħad l-ilment ta’ dan tal-aħħar.

    Dispożittiv

    1)

    Id-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Ġunju 2019 li tiċħad it-talba għal assistenza ta’ JK imressqa skont l-Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea u d-deċiżjoni tagħha tas-6 ta’ Jannar 2020 li tiċħad l-ilment ta’ dan tal-aħħar huma annullati.

    2)

    Il-Kummissjoni hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti minn JK.


    (1)  ĠU C 209, 22.6.2020.


    Top