Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CN0246

Kawża C-246/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-rechtbank van eerste aanleg Oost-Vlaanderen, Afdeling Gent (il-Belġju) fit-3 ta’ Ġunju 2020 – Openbaar Ministerie vs EA

ĠU C 297, 7.9.2020, p. 28–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

7.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/28


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-rechtbank van eerste aanleg Oost-Vlaanderen, Afdeling Gent (il-Belġju) fit-3 ta’ Ġunju 2020 – Openbaar Ministerie vs EA

(Kawża C-246/20)

(2020/C 297/37)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank van eerste aanleg Oost-Vlaanderen, Afdeling Gent

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Openbaar Ministerie

Konvenut: EA

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2006/126/KE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li liċenzja tas-sewqan għandha tkun irrikonoxxuta wkoll mingħajr riżervi mill-Istati Membri meta l-ħruġ ta’ dan id-dokument ikun ibbażat fuq l-iskambju ta’ liċenzja tas-sewqan li kienet irreġistrata fil-pajjiż li ħariġha bħala mitlufa u li, fil-pajjiż li ħariġha, tkun tilfet il-validità tagħha?

2)

Stat Membru jista’, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 2006/126/KE, jirrifjuta li jirrikonoxxi l-liċenzja tas-sewqan skambjata meta l-iskambju jkun seħħ f’mument li fih l-Istat Membru li ħareġ il-liċenzja tas-sewqan inizjali jkun irtira d-dritt tas-sewqan sakemm isiru eżamijiet ta’ reintegrazzjoni?

3)

Stat Membru jista’, f’kull każ, jirrifjuta li jirrikonoxxi d-dokument tal-liċenzja tas-sewqan skambjat meta l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tqum il-kwistjoni dwar ir-rikonoxximent ta’ dan id-dokument jista’ jikkonstata, abbażi ta’ data konkreta u stabbilita, li d-dritt tas-sewqan ma kienx għadu jeżisti fil-mument li fih id-dokument tal-liċenzja tas-sewqan ġie skambjat?

4)

Stat Membru jista’, f’kull każ, jirrifjuta li jirrikonoxxi d-dokument tal-liċenzja tas-sewqan skambjat meta l-kwistjoni dwar ir-rikonoxximent tirrigwarda ċittadin tal-Istat Membru li fih tqum il-kwistjoni dwar ir-rikonoxximent u meta dan l-Istat Membru jikkonstata, abbażi ta’ data konkreta u stabbilita, li l-persuna kkonċernata ma tissodisfax, fil-mument tal-iskambju u/jew fil-mument tat-talba għal rikonoxximent, l-istandards minimi għall-ksib ta’ liċenzja tas-sewqan f’dan l-Istat Membru?

5)

L-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2006/126/KE għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa joħloq inugwaljanza bejn ċittadin ta’ Stat Membru li d-dritt tas-sewqan tiegħu jiġi reintegrat wara li jkun għadda l-eżamijiet ta’ reintegrazzjoni u ċ-ċittadin li wkoll ikun ġie suġġett għal eżamijiet ta’ reintegrazzjoni iżda li kiseb sadattant liċenzja tas-sewqan barranija, bi ksur jew le tal-kundizzjoni ta’ residenza jew bi skambju abbażi ta’ liċenzja tas-sewqan li tilfet il-validità tagħha fl-Istat Membru li ħariġha?


(1)  Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar il-Liċenzji tas-Sewqan (ĠU 2006, L 403, p. 18).


Top