This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62020CN0013
Case C-13/20: Request for a preliminary ruling from the Cour d’appel de Bruxelles (Belgium) lodged on 14 January 2020 — Top System SA v Belgian State
Kawża C-13/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-cour d’appel de Bruxelles (il-Bejġju) fl-14 ta’ Jannar 2020 – Top System SA vs L-Istat Belġjan
Kawża C-13/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-cour d’appel de Bruxelles (il-Bejġju) fl-14 ta’ Jannar 2020 – Top System SA vs L-Istat Belġjan
ĠU C 87, 16.3.2020, p. 16–16
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
16.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 87/16 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-cour d’appel de Bruxelles (il-Bejġju) fl-14 ta’ Jannar 2020 – Top System SA vs L-Istat Belġjan
(Kawża C-13/20)
(2020/C 87/20)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour d’appel de Bruxelles
Partijiet fil-kawża prinċipali
Appellanti: Top System SA
Appellat: L-Istat Belġjan
Domandi preliminari
1) |
L-Artikolu 5(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/250/KEE tal-14 ta’ Mejju 1991 dwar il-protezzjoni legali ta’ programmi tal-kompjuter (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti lix-xerrej leġittimu ta’ programm tal-kompjuter jiddekumpila l-programm kompletament jew parzjalment meta din id-dekumpilazzjoni tkun neċessarja sabiex huwa jkun jista’ jikkoreġi żbalji li jaffettwaw il-funzjonament tal-imsemmi programm, inkluż meta l-korrezzjoni tikkonsisti fid-diżattivazzjoni ta’ funzjoni li taffettwa l-funzjonament tajjeb tal-applikazzjoni li minnha jagħmel parti dan il-programm? |
2) |
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv, għandhom barra minn hekk jiġu ssodisfatti l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 6 tad-Direttiva jew kundizzjonijiet oħra? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 114.