Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CA0595

    Kawża C-595/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-10 ta’ Frar 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof – l-Awstrija) – UE vs ShareWood Switzerland AG, VF (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali – Regolament (KE) Nru 593/2008 (Ruma I) – Kuntratti ta’ konsum – Għażla tal-liġi applikabbli – Artikolu 6(4)(ċ) – Esklużjoni ta’ kuntratti li għandhom bħala suġġett dritt in rem fuq proprjetà immobbli jew kiri ta’ proprjetà – Kuntratt ta’ bejgħ, inkluż kuntratt ta’ kiri u kuntratt ta’ provvista ta’ servizzi, dwar siġar imħawla bl-għan waħdieni li jiġu maħsuda għall-profitt)

    ĠU C 148, 4.4.2022, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU C 148, 4.4.2022, p. 6–6 (GA)

    4.4.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 148/7


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-10 ta’ Frar 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof – l-Awstrija) – UE vs ShareWood Switzerland AG, VF

    (Kawża C-595/20) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali - Regolament (KE) Nru 593/2008 (Ruma I) - Kuntratti ta’ konsum - Għażla tal-liġi applikabbli - Artikolu 6(4)(ċ) - Esklużjoni ta’ kuntratti li għandhom bħala suġġett dritt in rem fuq proprjetà immobbli jew kiri ta’ proprjetà - Kuntratt ta’ bejgħ, inkluż kuntratt ta’ kiri u kuntratt ta’ provvista ta’ servizzi, dwar siġar imħawla bl-għan waħdieni li jiġu maħsuda għall-profitt)

    (2022/C 148/09)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Oberster Gerichtshof

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: UE

    Konvenuti: ShareWood Switzerland AG, VF

    Dispożittiv

    L-Artikolu 6(4)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I), għandu jiġi interpretat fis-sens li kuntratt ta’ bejgħ, li jinkludi kuntratt ta’ kiri u kuntratt ta’ provvista ta’ servizzi, li jirrigwarda siġar imħawla fuq art mikrija bil-għan waħdieni li jiġu maħsuda għal skopijiet ta’ lukru, ma jikkostitwixxix “kuntratt li għandu bħala suġġett dritt in rem fuq proprjetà immobbli jew kiri ta’ proprjetà immobbli”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.


    (1)  ĠU C 35, 01.02.2021.


    Top