EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CA0502

Kawża C-502/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-2 ta’ Settembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d’appel de Mons – il-Belġju) – TP vs Institut des Experts en Automobiles (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Libertà ta’ stabbiliment – Libertà li jiġu pprovduti servizzi – Rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali – Direttiva 2005/36/KE – Artikolu 5(2) – Espert tal-vetturi bil-mutur stabbilit fi Stat Membru li jmur fit-territorju tal-Istat Membru ospitanti sabiex jeżerċita, b’mod temporanju u okkażjonali, il-professjoni tiegħu – Rifjut tal-organu professjonali tal-Istat Membru ospitanti, li fih kien stabbilit preċedentement, li jirreġistrah fir-reġistru tal-provvisti temporanji u okkażjonali – Kunċett ta’ “provvista temporanja u okkażjonali”)

ĠU C 462, 15.11.2021, p. 23–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 462/23


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-2 ta’ Settembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d’appel de Mons – il-Belġju) – TP vs Institut des Experts en Automobiles

(Kawża C-502/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Libertà ta’ stabbiliment - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali - Direttiva 2005/36/KE - Artikolu 5(2) - Espert tal-vetturi bil-mutur stabbilit fi Stat Membru li jmur fit-territorju tal-Istat Membru ospitanti sabiex jeżerċita, b’mod temporanju u okkażjonali, il-professjoni tiegħu - Rifjut tal-organu professjonali tal-Istat Membru ospitanti, li fih kien stabbilit preċedentement, li jirreġistrah fir-reġistru tal-provvisti temporanji u okkażjonali - Kunċett ta’ “provvista temporanja u okkażjonali”)

(2021/C 462/24)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d’appel de Mons

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: TP

Konvenut: Institut des Experts en Automobiles

Dispożittiv

L-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar ir-Rikonoxximent ta’ Kwalifiki Professjonali, kif emendata bid-Direttiva 2013/55/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Novembru 2013, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni tal-Istat Membru ospitanti, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, li, kif interpretata mill-awtoritajiet kompetenti tiegħu, ma tippermettix lil professjonist stabbilit fi Stat Membru ieħor jeżerċita, b’mod temporanju u okkażjonali, il-professjoni tiegħu fit-territorju tal-Istat Membru ospitanti, minħabba li dan il-professjonist, fil-passat, kellu stabbiliment f’dak l-Istat Membru, li l-provvisti li jipprovdi għandhom ċerta rikorrenza jew li akkwista, fl-imsemmi Stat Membru, infrastruttura, bħal uffiċċju.


(1)  ĠU C 35, 1.2.2021.


Top