Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CA0408

    Kawża C-408/20 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2021 – Danilo Poggiolini vs Il-Parlament Ewropew (Appell – Dritt istituzzjonali – Status uniku ta’ deputat Ewropew – Deputati Ewropej eletti f’kostitwenzi Taljani – Bidla tad-drittijiet tal-pensjoni – Att li jikkawża preġudizzju – Pożizzjoni provviżorja – Effetti legali awtonomi)

    ĠU C 490, 6.12.2021, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    6.12.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 490/12


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2021 – Danilo Poggiolini vs Il-Parlament Ewropew

    (Kawża C-408/20 P) (1)

    (Appell - Dritt istituzzjonali - Status uniku ta’ deputat Ewropew - Deputati Ewropej eletti f’kostitwenzi Taljani - Bidla tad-drittijiet tal-pensjoni - Att li jikkawża preġudizzju - Pożizzjoni provviżorja - Effetti legali awtonomi)

    (2021/C 490/11)

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Partijiet

    Appellant: Danilo Poggiolini (rappreżentanti: F. Sorrentino, A. Sandulli u B. Cimino, avvocati)

    Parti oħra fil-proċedura: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: S. Alves u S. Seyr, aġenti)

    Dispożittiv

    1)

    Id-digriet tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat-3 ta’ Lulju 2020, Falqui u Poggiolini vs Il-Parlament (T-347/19 u T-348/19, mhux ippubblikat, EU:T:2020:303), huwa annullat sa fejn dan ċaħad it-talbiet ippreżentati minn Danilo Poggiolini fil-Kawża T-348/19 intiżi għall-annullament tan-nota tal-11 ta’ April 2019 stabbilita mill-Kap tad-Diviżjoni “Remunerazzjoni u drittijiet soċjali tad-deputati” tad-Direttorat Ġenerali tal-Finanzi tal-Parlament Ewropew u li jikkonċernaw l-aġġustament tal-ammont tal-pensjonijiet li huwa jibbenefika minnhom wara d-dħul fis-seħħ, fl-1 ta’ Jannar 2019, tad-Deċiżjoni Nru 14/2018 tal-Ufficio di Presidenza della Camera dei deputati (l-Uffiċċju tal-Presidenza tal-Kamra tad-Deputati, l-Italja) u tad-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew espressa fl-ittra tat-8 ta’ Lulju 2019.

    2)

    L-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mqajma mill-Parlament Ewropew quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fil-Kawża T-348/19 hija miċħuda.

    3)

    Il-Kawża T-348/19 hija rrinvijata lura quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea sabiex hija tiddeċiedi fuq it-talbiet ippreżentati minn Danilo Poggiolini fil-Kawża T-348/19 intiżi għall-annullament ta’ din in-nota u ta’ din id-deċiżjoni.

    4)

    L-ispejjeż huma rriżervati.


    (1)  ĠU C 359, 26.10.2020.


    Top