Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CA0168

Kawża C-168/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-11 ta’ Novembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court (England & Wales), Chancery Division (business and property courts, insolvency and companies list) – Ir-Renju Unit) – BJ, li qiegħed jaġixxi fil-kwalità ta’ amministratur tal-falliment tas-sur M, OV, li qiegħed jaġixxi fil-kwalità ta’ amministratur tal-falliment tas-sur M vs is-sinjura M, MH, ILA, Is-sur M (Rinviju preliminari – Moviment liberu tal-persuni – Ċittadinanza tal-Unjoni – Artikolu 21 TFUE – Libertà ta’ stabbiliment – Artikolu 49 TFUE – Ugwaljanza fit-trattament – Direttiva 2004/38/KE – Artikolu 24(1) – Leġiżlazzjoni tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq li tissuġġetta l-esklużjoni, bħala prinċipju integrali u awtomatika, mill-massa fallimentari ta’ drittijiet għall-pensjoni misluta minn skema ta’ pensjoni għal rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni, għall-finijiet tat-taxxa, tal-iskema ta’ pensjoni inkwistjoni – Impożizzjoni ta’ dan ir-rekwiżit fi proċedura ta’ insolvenza ta’ ċittadin tal-Unjoni li eżerċita d-dritt tiegħu ta’ moviment liberu sabiex jeżerċita, b’mod permanenti, attività għal rasu fir-Renju Unit – Drittijiet għall-pensjoni misluta minn dan iċ-ċittadin tal-Unjoni minn skema ta’ pensjoni stabbilita u awtorizzata għall-finijiet tat-taxxa fl-Istat Membru ta’ oriġini tiegħu – Esklużjoni ta’ dawn id-drittijiet għall-pensjoni mill-benefiċċju tal-imsemmija esklużjoni mill-massa fallimentari – Applikazzjoni għal dawn id-drittijiet għall-pensjoni ta’ skema ta’ esklużjoni mill-massa fallimentari nettament inqas vantaġġuża għall-persuna li tkun falliet)

ĠU C 11, 10.1.2022, pp. 7–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

10.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 11/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-11 ta’ Novembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court (England & Wales), Chancery Division (business and property courts, insolvency and companies list) – Ir-Renju Unit) – BJ, li qiegħed jaġixxi fil-kwalità ta’ amministratur tal-falliment tas-sur M, OV, li qiegħed jaġixxi fil-kwalità ta’ amministratur tal-falliment tas-sur M vs is-sinjura M, MH, ILA, Is-sur M

(Kawża C-168/20) (1)

(Rinviju preliminari - Moviment liberu tal-persuni - Ċittadinanza tal-Unjoni - Artikolu 21 TFUE - Libertà ta’ stabbiliment - Artikolu 49 TFUE - Ugwaljanza fit-trattament - Direttiva 2004/38/KE - Artikolu 24(1) - Leġiżlazzjoni tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq li tissuġġetta l-esklużjoni, bħala prinċipju integrali u awtomatika, mill-massa fallimentari ta’ drittijiet għall-pensjoni misluta minn skema ta’ pensjoni għal rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni, għall-finijiet tat-taxxa, tal-iskema ta’ pensjoni inkwistjoni - Impożizzjoni ta’ dan ir-rekwiżit fi proċedura ta’ insolvenza ta’ ċittadin tal-Unjoni li eżerċita d-dritt tiegħu ta’ moviment liberu sabiex jeżerċita, b’mod permanenti, attività għal rasu fir-Renju Unit - Drittijiet għall-pensjoni misluta minn dan iċ-ċittadin tal-Unjoni minn skema ta’ pensjoni stabbilita u awtorizzata għall-finijiet tat-taxxa fl-Istat Membru ta’ oriġini tiegħu - Esklużjoni ta’ dawn id-drittijiet għall-pensjoni mill-benefiċċju tal-imsemmija esklużjoni mill-massa fallimentari - Applikazzjoni għal dawn id-drittijiet għall-pensjoni ta’ skema ta’ esklużjoni mill-massa fallimentari nettament inqas vantaġġuża għall-persuna li tkun falliet)

(2022/C 11/09)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Justice (England & Wales), Chancery Division (business and property courts, insolvency and companies list)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: BJ, li qiegħed jaġixxi fil-kwalità ta’ amministratur tal-falliment tas-sur M, OV, li qiegħed jaġixxi fil-kwalità ta’ amministratur tal-falliment tas-sur M

Konvenuti: Is-sinjura M, MH, ILA, is-sur M

Dispożittiv

L-Artikolu 49 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni tad-dritt ta’ Stat Membru li tissuġġetta l-esklużjoni, bħala prinċipju integrali u awtomatika, mill-massa fallimentari ta’ drittijiet għall-pensjoni misluta minn skema ta’ pensjoni għar-rekwiżit li, fil-mument tal-falliment, l-iskema kkonċernata kienet awtorizzata għall-finijiet tat-taxxa f’dan l-Istat, meta dan ir-rekwiżit huwa impost f’sitwazzjoni fejn ċittadin tal-Unjoni li kien, qabel il-falliment tiegħu, eżerċita d-dritt tiegħu ta’ moviment liberu billi stabbilixxa ruħu, b’mod permanenti, f’dan l-istess Stat, sabiex hemmhekk jeżerċita attività ekonomika għal rasu, jislet drittijiet għall-pensjoni minn skema ta’ pensjoni stabbilita u awtorizzata għall-finijiet tat-taxxa fl-Istat Membru ta’ oriġini tiegħu, ħlief jekk ir-restrizzjoni għall-libertà ta’ stabbiliment li tinvolvi l-imsemmija dispożizzjoni nazzjonali hija ġġustifikata meta hija tissodisfa raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali, hija xierqa sabiex tiggarantixxi t-twettiq tal-għan imfittex minnha u ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq dan l-għan.


(1)  ĠU C 262, 10.08.2020.


Top