Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CA0056

    Kawża C-56/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-29 ta’ April 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof Baden-Württemberg – Il-Ġermanja) – AR vs Stadt Pforzheim (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Trasport – Liċenzja tas-sewqan – Rikonoxximent reċiproku – Irtirar tal-liċenzja fit-territorju ta’ Stat Membru differenti mill-Istat Membru li joħroġ il-liċenzja – Inklużjoni ta’ indikazzjoni fuq il-liċenzja tas-sewqan li tindika l-assenza ta’ validità tagħha fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru)

    ĠU C 278, 12.7.2021, p. 17–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    12.7.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 278/17


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-29 ta’ April 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof Baden-Württemberg – Il-Ġermanja) – AR vs Stadt Pforzheim

    (Kawża C-56/20) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trasport - Liċenzja tas-sewqan - Rikonoxximent reċiproku - Irtirar tal-liċenzja fit-territorju ta’ Stat Membru differenti mill-Istat Membru li joħroġ il-liċenzja - Inklużjoni ta’ indikazzjoni fuq il-liċenzja tas-sewqan li tindika l-assenza ta’ validità tagħha fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru)

    (2021/C 278/23)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Verwaltungsgerichtshof Baden-Württemberg

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: AR

    Konvenut: Stadt Pforzheim

    Dispożittiv

    Id-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar il-Liċenzji tas-Sewqan, kif emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2011/94/UE tat-28 ta’ Novembru 2011, għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi li Stat Membru li jkun adotta, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(4) ta’ din id-direttiva, kif emendata bid-Direttiva 2011/94, deċiżjoni ta’ rifjut ta’ rikonoxximent tal-validità ta’ liċenzja tas-sewqan maħruġa minn Stat Membru ieħor minħabba aġir li jikkostitwixxi ksur mid-detentur tagħha, li seħħ matul residenza temporanja fit-territorju tal-ewwel Stat Membru wara l-ħruġ ta’ din il-liċenzja, jagħmel ukoll fuq l-imsemmija liċenzja indikazzjoni li tipprojbixxi lil dan id-detentur milli jsuq fl-imsemmi territorju, filwaqt li l-imsemmi detentur ma stabbilixxiex ir-residenza normali tiegħu, fis-sens tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 12 tad-Direttiva 2006/126, kif emendata bid-Direttiva 2011/94, fit-territorju tiegħu.


    (1)  ĠU C 209, 22.06.2020.


    Top