Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CA0047

    Kawża C-47/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-29 ta’ April 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesverwaltungsgericht – Il-Ġermanja) – F. vs Stadt Karlsruhe (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Trasport – Liċenzja tas-sewqan – Irtirar tal-liċenzja fit-territorju ta’ Stat Membru differenti mill-Istat Membru li joħroġ il-liċenzja – Tiġdid tal-liċenzja mill-Istat Membru li joħroġ il-liċenzja wara d-deċiżjoni ta’ rtirar – Assenza ta’ awtomatiċità tar-rikonoxximent reċiproku)

    ĠU C 278, 12.7.2021, p. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    12.7.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 278/17


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-29 ta’ April 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesverwaltungsgericht – Il-Ġermanja) – F. vs Stadt Karlsruhe

    (Kawża C-47/20) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trasport - Liċenzja tas-sewqan - Irtirar tal-liċenzja fit-territorju ta’ Stat Membru differenti mill-Istat Membru li joħroġ il-liċenzja - Tiġdid tal-liċenzja mill-Istat Membru li joħroġ il-liċenzja wara d-deċiżjoni ta’ rtirar - Assenza ta’ awtomatiċità tar-rikonoxximent reċiproku)

    (2021/C 278/22)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Bundesverwaltungsgericht

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: F.

    Konvenut: Stadt Karlsruhe

    Dispożittiv

    L-Artikolu 2(1) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar il-Liċenzji tas-Sewqan għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux li Stat Membru, li fit-territorju tiegħu d-detentur ta’ liċenzja tas-sewqan tal-kategoriji A u B maħruġa minn Stat Membru ieħor ikun tneħħielu d-dritt tas-sewqan minħabba aġir li jikkostitwixxi ksur, li seħħ waqt residenza temporanja f’dan it-territorju wara l-ħruġ tal-imsemmija liċenzja, jirrifjuta li jirrikonoxxi sussegwentement il-validità ta’ din il-liċenzja, wara li din tkun ġiet imġedda, skont l-Artikolu 7(3) ta’ din id-direttiva, mill-Istat Membru fejn tinsab ir-residenza normali tad-detentur tal-imsemmija liċenzja, fis-sens tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 12 tal-imsemmija direttiva. Madankollu, hija l-qorti tar-rinviju li għandha teżamina jekk, konformement mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, ir-regoli previsti mil-leġiżlazzjoni tal-ewwel Stat Membru, li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet li d-detentur tal-liċenzja tas-sewqan għandu jissuġġetta ruħu għalihom sabiex jirkupra d-dritt tas-sewqan fit-territorju tiegħu, jeċċedux il-limiti ta’ dak li huwa xieraq u neċessarju sabiex jintlaħaq l-għan imfittex mid-Direttiva 2006/126, li jikkonsisti fit-titjib tas-sigurtà fit-toroq.


    (1)  ĠU C 161, 11.5.2020.


    Top