Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TN0695

Kawża T-695/19: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Ottubru 2019 – Falqui vs Il-Parlament

ĠU C 406, 2.12.2019, p. 39–39 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

2.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 406/39


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Ottubru 2019 – Falqui vs Il-Parlament

(Kawża T-695/19)

(2019/C 406/48)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Enrico Falqui (Firenze, l-Italja) (rappreżentanti: F. Sorrentino u A. Sandulli, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha tannulla n-noti kkontestati u tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ħlas tal-ammonti indebitament miżmuma minnu fil-mori tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors ġie ppreżentat kontra n-noti D309417 tat-8 ta’ Lulju 2019 u D (2019) 14406 tal-11 ta’ April 2019 tad-Direttorat Ġenerali tal-Finanzi tal-Parlament Ewropew, li jikkonċernaw id-determinazzjoni mill-ġdid tal-pensjoni li minnha jibbenefika r-rikorrent fil-kwalità tiegħu ta’ ex-Membru Parlamentari Ewropew kif ukoll, skont il-każ, kontra l-opinjoni tad-Dipartiment Legali tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Jannar 2019.

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma dawk invokati fil-Kawża T-347/19, Falqui vs Il-Parlament.


Top