Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TN0659

    Kawża T-659/19: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Settembru 2019 – FF Group Romania vs EUIPO – KiK Textilien und Non-Food (_kix)

    ĠU C 383, 11.11.2019, p. 78–79 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    11.11.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 383/78


    Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Settembru 2019 – FF Group Romania vs EUIPO – KiK Textilien und Non-Food (_kix)

    (Kawża T-659/19)

    (2019/C 383/87)

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: FF Group Romania SRL (Bucharest, ir-Rumanija) (rappreżentant: A. Căvescu, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: KiK Textilien und Non-Food GmbH (Bönen, il-Ġermanja)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva _kix bil-kuluri iswed, abjad u aħdar – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 517 901

    Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Lulju 2019 fil-Każ R 353/2019-2

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż ta’ din il-kawża.

    Motivi invokati

    Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (EU) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

    Ksur tal-Artikolu 94 tar-Regolament (EU) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

    Ksur tal-Artikolu 95 tar-Regolament (EU) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

    Ksur tar-Regola 20(7)(c) tar-Regolament Nru 2868/95 (li sar l-Artikolu 71(1) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 2018/625;

    Ksur tar-Regola 50(1) tar-Regolament Nru 2868/95;

    Ksur tal-prinċipji ta’ aspettattivi leġittimi, ċertezza legali, imparzjalità u ugwaljanza;

    Ksur tad-dritt għal smigħ u tad-dritt għal smigħ xieraq;

    Użu ħażin ta’ poter.


    Top