This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62019TN0219
Case T-219/19: Action brought on 8 April 2019 — Julius Schulte Trebsen v Commission
Kawża T-219/19: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ April 2019 — Julius Schulte Trebsen vs Il-Kummissjoni
Kawża T-219/19: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ April 2019 — Julius Schulte Trebsen vs Il-Kummissjoni
ĠU C 206, 17.6.2019, p. 69–70
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
17.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 206/69 |
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ April 2019 — Julius Schulte Trebsen vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-219/19)
(2019/C 206/64)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Julius Schulte Trebsen GmbH & Co. KG (Trebsen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: N. Voß u D. Fouquet, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-Deċiżjoni SA.34045 (2013/C) (ex 2012/NN) tat-28 ta’ Mejju 2018, innotifikata bid-dokument C(2018) 3166 (ĠU 2019, L 14, p. 1), fir-rigward tas-snin 2012 u 2013; |
— |
sussidjarjament, tannulla d-Deċiżjoni SA.34045 (2013/C) (ex 2012/NN) tat-28 ta’ Mejju 2018, innotifikata bid-dokument C(2018) 3166, fir-rigward tas-snin 2012 u 2013, sa fejn tikkonċerna lir-rikorrenti; |
— |
iktar sussidjarjament, tannulla d-Deċiżjoni SA.34045 (2013/C) (ex 2012/NN) tat-28 ta’ Mejju 2018, innotifikata bid-dokument C(2018) 3166, sa fejn stabbilixxiet li, fil-każ tal-konsumaturi ta’ karga bażika b’minn tal-inqas 7 000 siegħa ta’ użu fis-sena għandu jiġi rrimborsat iktar minn 20 % tat-tariffi tan-netwerk ippubblikati, fil-każ tal-konsumaturi ta’ karga bażika b’minn tal-inqas 7 500 siegħa ta’ użu fis-sena għandu jiġi rrimborsat iktar minn 15 % tat-tariffi tan-netwerk ippubblikati u, fil-każ tal-konsumaturi ta’ karga bażika b’minn tal-inqas 8 000 siegħa ta’ użu fis-sena għandu jiġi rrimborsat iktar minn 10 % tat-tariffi tan-netwerk ippubblikati, |
— |
dejjem iktar sussidjarjament, tannulla d-Deċiżjoni SA.34045 (2013/C) (ex 2012/NN) tat-28 ta’ Mejju 2018, innotifikata bid-dokument C(2018) 3166, sa fejn tikkonċerna, lir-rikorrenti sa fejn stabbilixxiet li, fil-każ tal-konsumaturi ta’ karga bażika b’minn tal-inqas 7 500 siegħa ta’ użu fis-sena għandu jiġi rrimborsat iktar minn 15 % tat-tariffi tan-netwerk ippubblikati, |
— |
dejjem iktar sussidjarjament, tannulla d-Deċiżjoni SA.34045 (2013/C) (ex 2012/NN) tat-28 ta’ Mejju 2018, innotifikata bid-dokument C(2018) 3166, sa fejn tikkonċerna, lir-rikorrenti sa fejn stabbilixxiet li għandu jiġi rrimborsat iktar minn 20 % tat-tariffi tan-netwerk ippubblikati, kif ukoll |
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tal-kawża, inklużi l-ispejjeż legali u l-ispejjeż tal-ivvjaġġar. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka l-motivi segwenti.
1. |
Konstatazzjoni żbaljata tal-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE Fil-kuntest tal-ewwel motiv, ir-rikorrenti ssostni li, fl-evalwazzjoni tal-eżenzjoni mit-tariffi tan-netwerk inkwistjoni, il-konvenuta wettqet żball ta’ liġi meta kkunsidrat li kien hemm użu ta’ riżorsi tal-Istat. Barra minn hekk, fl-evalwazzjoni tal-kriterju ta’ “selettività”, is-sistema ta’ referenza ġiet iddeterminata b’mod żbaljat u inkomplet. Ir-rikorrenti ssostni wkoll li, minħabba d-determinazzjoni żbaljata tas-sistema ta’ referenza, il-konvenuta kisret l-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha taħt it-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE. |
2. |
Ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament Fil-kuntest tat-tieni motiv, ir-rikorrenti ssostni li, permezz tad-deċiżjoni tal-konvenuta ġew iddeterminati biss obbligi dwar il-ħlas ta’ pagamenti b’lura għall-konsumaturi ta’ karga bażika li, fis-snin 2012 u 2013, kienu eżentati kompletament mit-tariffi tan-netwerk. Għaldaqstant, dawn il-konsumaturi ta’ karga bażika, meta mqabbla ma’ konsumaturi ta’ karga bażika li, fir-rigward tal-istess perijodu, ibbenefikaw minn tnaqqis b’rata fissa fit-tariffi tan-netwerk u li fir-rigward tagħhom ma ġewx iddeterminati obbligi dwar il-ħlas ta’ pagamenti b’lura, huma s-suġġett ta’ inugwaljanza fit-trattament u ta’ diskriminazzjoni inġusta. F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni wkoll li, fid-dawl ta’ din id-differenza fit-trattament, il-konvenuta kisret ukoll l-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE u l-Artikolu 41(2)(c) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Id-differenza fit-trattament tikkostitwixxi wkoll ksur tal-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni prevista fl-Artikolu 32(1) tad-Direttiva 2009/72/KE (1). |
3. |
Ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi Fil-kuntest tat-tielet motiv, ir-rikorrenti ssostni li, fuq il-bażi tas-sitwazzjoni individwali tagħha, hija setgħet trawwem l-aspettattiva li kienet ser tibqa’ tibbenefika mit-tariffi tan-netwerk speċjali li kienet tibbenefika minnhom. |
(1) Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda d-Direttiva 2003/54/KE (ĠU 2009, L 211, p. 55).