Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TA0555

    Kawża T-555/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ April 2021 – Foundation for the Protection of the Traditional Cheese of Cyprus named Halloumi vs EUIPO – Fontana Food (GRILLOUMI) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali GRILLOUMI – Trade mark kollettiva tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti HALLOUMI – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Ħsara lir-reputazzjoni – Artikolu 8(1)(b) u Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li saru l-Artikolu 8(1)(b) u l-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)

    ĠU C 242, 21.6.2021, p. 28–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.6.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 242/28


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ April 2021 – Foundation for the Protection of the Traditional Cheese of Cyprus named Halloumi vs EUIPO – Fontana Food (GRILLOUMI)

    (Kawża T-555/19) (1)

    (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali GRILLOUMI - Trade mark kollettiva tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti HALLOUMI - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Ħsara lir-reputazzjoni - Artikolu 8(1)(b) u Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li saru l-Artikolu 8(1)(b) u l-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)

    (2021/C 242/37)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: Foundation for the Protection of the Traditional Cheese of Cyprus named Halloumi (Nikosija, Ċipru) (rappreżentanti: S. Malynicz, QC, S. Baran, barrister, u V. Marsland, solicitor)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Gája, aġent)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Fontana Food AB (Tyresö, l-Isvezja) (rappreżentanti: P. Nihlmark u L. Zacharoff, avukati)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ Mejju 2019 (Każ R 1355/2018-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Foundation for the Protection of the Traditional Cheese of Cyprus named Halloumi u Fontana Food.

    Dispożittiv

    1)

    Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tad-29 ta’ Mejju 2019 (Każ R 1355/2018-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Foundation for the Protection of the Traditional Cheese of Cyprus named Halloumi u Fontana Food AB, hija annullata.

    2)

    L-EUIPO huwa kkundannat ibati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tiegħu, dawk sostnuti mill-Foundation for the Protection of the Traditional Cheese of Cyprus named Halloumi.

    3)

    Fontana Food għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


    (1)  ĠU C 328, 30.9.2019.


    Top