Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CN0783

    Kawża C-783/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial de Barcelona (Spanja) fit-22 ta’ Ottubru 2019 – Comité Interprofessionnel du Vin de Champagne vs GB

    ĠU C 19, 20.1.2020, p. 31–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    20.1.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 19/31


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial de Barcelona (Spanja) fit-22 ta’ Ottubru 2019 – Comité Interprofessionnel du Vin de Champagne vs GB

    (Kawża C-783/19)

    (2020/C 19/31)

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Qorti tar-rinviju

    Audiencia Provincial de Barcelona

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Comité Interprofessionnel du Vin de Champagne

    Konvenut: GB

    Domandi preliminari

    1)

    Il-kamp ta’ protezzjoni ta’ denominazzjoni ta’ oriġini jippermetti li din tkun protetta mhux biss fir-rigward ta’ prodotti simili, iżda wkoll fir-rigward ta’ servizzi li jistgħu jkunu marbuta mad-distribuzzjoni diretta jew indiretta ta’ dawn il-prodotti?

    2)

    Ir-riskju ta’ ksur minħabba evokazzjoni li għalih jirreferu l-artikoli inkwistjoni tar-regolamenti tal-Unjoni (1) (2) jeżiġi li titwettaq prinċipalment analiżi nominali, sabiex jiġi ddeterminat l-effett tiegħu fuq il-konsumatur medju, jew, sabiex jiġi analizzat dan ir-riskju ta’ ksur minħabba evokazzjoni, l-ewwel għandu jiġi ddeterminat li l-prodotti involuti huma l-istess prodotti, prodotti simili jew prodotti kumplessi li jinkludu, fost il-komponenti tagħhom, prodott protett minn denominazzjoni ta’ oriġini?

    3)

    Ir-riskju ta’ ksur minħabba evokazzjoni għandu jiġi stabbilit permezz ta’ parametri oġġettivi meta jkun hemm koinċidenza totali jew kbira ħafna bejn l-ismijiet, jew dan għandu jitkejjel b’teħid inkunsiderazzjoni tal-prodotti u tas servizzi evokattivi u evokati sabiex jiġi konkluż li r-riskju ta’ evokazzjoni huwa żgħir jew irrilevanti?

    4)

    Il-protezzjoni prevista mil-leġiżlazzjoni ta’ riferiment fil-każijiet ta’ riskju ta’ evokazzjoni jew ta’ sfruttament hija protezzjoni speċifika, propja għall-partikolaritajiet ta’ dawn il-prodotti, jew il-protezzjoni għandha neċessarjament tkun marbuta mad-dispożizzjonijiet dwar il-kompetizzjoni żleali?


    (1)  Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet ta’ l-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti ta’ l-ikel (ĠU 2008, L 335M, p. 213, rettifiki fil-ĠU 2011, L 293, p. 38 u fil-ĠU 2009, L 64M, p. 74).

    (2)  Artikolu 103 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU 2013, L 347, p. 671, rettifiki fil-ĠU 2016, L 130, p. 8 u fil-ĠU 2014, L 189, p. 261).


    Top