Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CN0635

    Kawża C-635/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Órgano Administrativo de Recursos Contractuales de la Comunidad Autónoma de Euskadi (Spanja) fis-26 ta’ Awwissu 2019 – Confederación Sindical Comisiones Obreras de Euskadi vs Ayuntamiento de Arrigorriaga

    ĠU C 406, 2.12.2019, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    2.12.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 406/10


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Órgano Administrativo de Recursos Contractuales de la Comunidad Autónoma de Euskadi (Spanja) fis-26 ta’ Awwissu 2019 – Confederación Sindical Comisiones Obreras de Euskadi vs Ayuntamiento de Arrigorriaga

    (Kawża C-635/19)

    (2019/C 406/15)

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Qorti tar-rinviju

    Órgano Administrativo de Recursos Contractuales de la Comunidad Autónoma de Euskadi

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Confederación Sindical Comisiones Obreras de Euskadi

    Konvenuta: Ayuntamiento de Arrigorriaga

    Domanda preliminari

    Id-Direttiva 2014/24/UE (1) tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali bħall-Artikolu 122.2 tal-LCSP (2), li jobbliga lill-awtoritajiet kontraenti li jinkludu fl-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt li jirregolaw kuntratt pubbliku, kundizzjoni speċjali ta’ eżekuzzjoni li timponi fuq l-offerent magħżul, l-obbligu li jiggarantixxi, tal-inqas, il-kundizzjonijiet tal-impjieg tal-ħaddiema b’mod konformi mal-Ftehim Kollettiv settorjali applikabbli, anki jekk tali Ftehim Kollettiv settorjali ma jkunx jorbot lill-impriża magħżula skont ir-regolamentazzjoni fil-qasam tan-negozjati u l-ftehimiet kollettivi, li tistabbilixxi l-prevalenza tal-ftehim tal-impriża fil-qasam tal-impjieg u l-possibbiltà li ma jiġix applikat ftehim kollettiv fis-seħħ minħabba raġunijiet ekonomiċi, tekniċi, organizzattivi jew ta’ produzzjoni?


    (1)  Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU 2014, L 94, p.65).

    (2)  Liġi 9/2017, tat-8 ta’ Novembru, dwar Kuntratti tas-Settur Pubbliku.


    Top