This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62019CN0585
Case C-585/19: Request for a preliminary ruling from the Tribunalul București (Romania) lodged on 2 August 2019 — Academia de Studii Economice din București v Organismul Intermediar pentru Programul Operațional Capital Uman — Ministerul Educației Naționale
Kawża C-585/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul București (ir-Rumanija) fit-2 ta’ Awwissu 2019 – Academia de Studii Economice din București vs Organismul Intermediar pentru Programul Operațional Capital Uman - Ministerul Educației Naționale
Kawża C-585/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul București (ir-Rumanija) fit-2 ta’ Awwissu 2019 – Academia de Studii Economice din București vs Organismul Intermediar pentru Programul Operațional Capital Uman - Ministerul Educației Naționale
ĠU C 406, 2.12.2019, p. 8–9
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
2.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 406/8 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul București (ir-Rumanija) fit-2 ta’ Awwissu 2019 – Academia de Studii Economice din București vs Organismul Intermediar pentru Programul Operațional Capital Uman - Ministerul Educației Naționale
(Kawża C-585/19)
(2019/C 406/13)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Tribunalul București
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Academia de Studii Economice din București
Konvenut: Organismul Intermediar pentru Programul Operațional Capital Uman - Ministerul Educației Naționale
Domandi preliminari
1) |
Il-Kunċett ta’ “ħin tax-xogħol”, li huwa ddefinit fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2003/88 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jfisser “kwalunkwe perjodu li matulu l-ħaddiem ikunu għax-xogħol, għad-disposizzjoni ta’ min jimpjegah u jwettaq l-attivitajiet jew id-doveri tiegħu” abbażi ta’ kuntratt wieħed (full-time) jew inkella abbażi tal-kuntratti kollha (ta’ xogħol) konklużi minn dan il-ħaddiem? |
2) |
Ir-rekwiżiti imposti fuq l-Istati Membri mill-Artikolu 3 tad-Direttiva 2003/88/KE (obbligu li jadottaw il-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw li kull ħaddiem ikun intitolat għal perijodu minimu ta’ serħan kull jum ta’ 11-il siegħa konsekuttivi f’perijodu ta’ 24-siegħa) u mill-Artikolu 6(b) tad-Direttiva 2003/88/KE (iffissar tat-tul medju ta’ xogħol fil-ġimgħa għal-limitu massimu ta’ 48 siegħa, inklużi s-sigħat ta’ sahra) għandhom jiġu interpretati fis-sens li jistabbilixxu limiti fir-rigward ta’ kuntratt wieħed jew inkella fir-rigward tal-kuntratti kollha konklużi mal-istess persuna li timpjega jew ma’ diversi persuni li jimpjegaw? |
3) |
Fil-każ li r-risposti għall-ewwel u għat-tieni domandi jinvolvu interpretazzjoni li teskludi l-possibbiltà li l-Istati Membri jkunu jistgħu jirregolaw, fuq livell nazzjonali, l-applikazzjoni tal-Artikolu 3 u tal-Artikolu 6(b) tad-Direttiva 2003/88/KE għal kull kuntratt, fl-assenza ta’ dispożizzjoni leġiżlattiva nazzjonali li tirregola l-fatt li l-mistrieħ ta’ kuljum minimu u l-ħin massimu ta’ xogħol fil-ġimgħa għandhom ikunu fil-konfront tal-ħaddiem (irrispettivament minn kemm il-kuntratt ta’ xogħol huwa jikkonkludi mal-istess persuna li timpjega jew ma’ diversi persuni li jimpjegaw), istituzzjoni pubblika ta’ Stat Membru, li taġixxi f’isem l-Istat, hija f’pożizzjoni li tinvoka l-applikazzjoni diretta tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3 u tal-Artikolu 6(b) tad-Direttiva 2003/88/KE u li tissanzjona lill-persuna li timpjega għan-nuqqas ta’ osservanza tal-limiti previsti fid-direttiva fir-rigward tal-mistrieħ ta’ kuljum u/jew tal-ħin massimu ta’ xogħol fil-ġimgħa? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381