EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62019CN0288
Case C-288/19: Request for a preliminary ruling from the Finanzgericht des Saarlandes (Germany) lodged on 9 April 2019 — QM v Finanzamt Saarbrücken
Kawża C-288/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht des Saarlandes (il-Ġermanja) fid-9 ta’ April 2019 — QM vs Finanzamt Saarbrücken
Kawża C-288/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht des Saarlandes (il-Ġermanja) fid-9 ta’ April 2019 — QM vs Finanzamt Saarbrücken
ĠU C 206, 17.6.2019, p. 38–39
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
17.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 206/38 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht des Saarlandes (il-Ġermanja) fid-9 ta’ April 2019 — QM vs Finanzamt Saarbrücken
(Kawża C-288/19)
(2019/C 206/43)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht des Saarlandes
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: QM
Konvenut: Finanzamt Saarbrücken
Domanda preliminari
L-Artikolu 56(2) tad-Direttiva dwar il-VAT (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “kiri ta’ mezzi ta’ trasport lil persuni mhux taxxabbli” jkopri wkoll it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ vettura li tappartjeni lill-impriża ta’ persuna taxxabbli (vettura tal-kumpannija) lil membru tal-persunal tagħha, f’sitwazzjoni fejn dan il-membru tal-persunal ma jipprovdix kumpens għall-użu tagħha, lanqas billi jipprovdi (parti mix-)xogħol bħala korrispettiv, u għalhekk ma jagħmel ebda ħlas f’dan ir-rigward u lanqas ma juża parti mir-remunerazzjoni tiegħu għaliha, u f’sitwazzjoni fejn dan il-membru tal-persunal ma jkollux il-possibbiltà jagħżel bejn diversi vantaġġi mogħtija mill-persuna taxxabbli bis-saħħa ta’ ftehim bejn il-partijiet li jipprovdi li sabiex ikun juża l-vettura tal-kumpannija l-membru tal-persunal ikollu jirrinunzja għal benefiċċji oħra?
(1) Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60), kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2008/8/KE tat-12 ta’ Frar 2008 (ĠU 2008, L 44, p. 11).