This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62019CA0846
Case C-846/19: Judgment of the Court (Third Chamber) of 15 April 2021 (request for a preliminary ruling from the Tribunal d’arrondissement — Luxembourg) — EQ v Administration de l’Enregistrement, des Domaines et de la TVA (Reference for a preliminary ruling — Value added tax (VAT) — Directive 2006/112/EC — Economic activity — Supply of services for consideration — Article 2(1)(c) and Article 9(1) — Exemptions — Article 132(1)(g) — Supply of services closely linked to welfare and social security work — Services performed by a lawyer under powers of representation for the protection of adults lacking legal capacity — Body recognised as being devoted to social wellbeing)
Kawża C-846/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ April 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal d’arrondissement – il-Lussemburgu) – EQ vs Administration de l’Enregistrement, des Domaines et de la TVA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Attività ekonomika – Provvista ta’ servizzi bi ħlas – Artikolu 2(1)(ċ) u Artikolu 9(1) – Eżenzjonijiet – Artikolu 132(1)(g) – Provvista ta’ servizzi marbuta mill-qrib mal-għajnuna u mas-sigurtà soċjali – Servizzi mwettqa minn avukat fil-kuntest ta’ mandati ta’ protezzjoni ta’ persuni maġġorenni legalment mhux kapaċi – Organizzazzjoni rrikonoxxuta bħala li għandha natura soċjali)
Kawża C-846/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ April 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal d’arrondissement – il-Lussemburgu) – EQ vs Administration de l’Enregistrement, des Domaines et de la TVA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Attività ekonomika – Provvista ta’ servizzi bi ħlas – Artikolu 2(1)(ċ) u Artikolu 9(1) – Eżenzjonijiet – Artikolu 132(1)(g) – Provvista ta’ servizzi marbuta mill-qrib mal-għajnuna u mas-sigurtà soċjali – Servizzi mwettqa minn avukat fil-kuntest ta’ mandati ta’ protezzjoni ta’ persuni maġġorenni legalment mhux kapaċi – Organizzazzjoni rrikonoxxuta bħala li għandha natura soċjali)
ĠU C 217, 7.6.2021, pp. 11–12
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
7.6.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 217/11 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ April 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal d’arrondissement – il-Lussemburgu) – EQ vs Administration de l’Enregistrement, des Domaines et de la TVA
(Kawża C-846/19) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Attività ekonomika - Provvista ta’ servizzi bi ħlas - Artikolu 2(1)(ċ) u Artikolu 9(1) - Eżenzjonijiet - Artikolu 132(1)(g) - Provvista ta’ servizzi marbuta mill-qrib mal-għajnuna u mas-sigurtà soċjali - Servizzi mwettqa minn avukat fil-kuntest ta’ mandati ta’ protezzjoni ta’ persuni maġġorenni legalment mhux kapaċi - Organizzazzjoni rrikonoxxuta bħala li għandha natura soċjali)
(2021/C 217/15)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal d’arrondissement
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: EQ
Konvenut: Administration de l’Enregistrement, des Domaines et de la TVA
Dispożittiv
|
1) |
L-Artikolu 9(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li jikkostitwixxu attività ekonomika, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, provvisti ta’ servizzi mwettqa għall-benefiċċju ta’ persuni maġġorenni legalment inkapaċi u intiżi li jipproteġuhom fl-atti tal-ħajja ċivili, li t-twettiq tagħhom huwa fdat lill-fornitur minn awtorità ġudizzjarja skont il-liġi u li r-remunerazzjoni tagħhom hija stabbilita mill-istess awtorità b’mod fiss jew abbażi ta’ evalwazzjoni każ b’każ, b’mod partikolari b’teħid inkunsiderazzjoni tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-persuna legalment inkapaċi, liema remunerazzjoni tista’ barra minn hekk titħallas mill-Istat f’każ li din il-persuna ma tkunx kapaċi tħallas, meta dawn il-provvisti jitwettqu bi ħlas, meta l-fornitur jikseb minnhom dħul li għandu natura permanenti u meta l-livell kollu tal-kumpens minn din l-attività jkun iddeterminat skont kriterji intiżi biex jiżguraw li jkunu koperti l-ispejjeż ta’ funzjonament sostnuti mill-fornitur. |
|
2) |
L-Artikolu 132(1)(g) tad-Direttiva 2006/112 għandu jiġi interpretat fis-sens li, minn naħa, jikkostitwixxu “provvista ta’ servizzi marbuta mill-qrib ma’ l-assistenza u x-xogħol tas-sigurtà soċjali” provvisti ta’ servizzi mwettqa għall-benefiċċju ta’ persuni maġġorenni legalment inkapaċi u intiżi biex jipproteġuhom fl-atti tal-ħajja ċivili, u, min-naħa l-oħra, li ma huwiex eskluż li avukat li jipprovdi tali servizzi ta’ natura soċjali jista’ jibbenefika, għall-finijiet tal-impriża li jopera u fil-limiti tal-provvisti msemmija, minn rikonoxximent bħala korp ta’ natura soċjali, fejn tali rikonoxximent ma għandux madankollu jingħata neċessarjament bl-intervent ta’ awtorità ġudizzjarja ħlief jekk l-Istat Membru kkonċernat, meta jirrifjuta dan ir-rikonoxximent, ikun eċċeda l-limiti tas-setgħa diskrezzjonali li jgawdi f’dan ir-rigward. |
|
3) |
Il-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi ma jipprekludix li l-amministrazzjoni fiskali tissuġġetta għat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) ċerti tranżazzjonijiet relatati ma’ perijodu mitmum, f’sitwazzjoni fejn din l-awtorità tkun aċċettat għal diversi snin id-dikjarazzjonijiet tal-VAT tal-persuna taxxabbli li ma kinux jinkludu t-tranżazzjonijiet tal-istess natura fit-tranżazzjonijiet taxxabbli u fejn il-persuna taxxabbli ssib ruħha fl-impossibbiltà li tirkupra l-VAT dovuta mingħand dawk li ħallsu dawn it-tranżazzjonijiet, peress li r-remunerazzjonijiet diġà mħallsa jitqiesu li diġà jinkludu din il-VAT. |