This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62018TN0692
Case T-692/18: Action brought on 23 November 2018 — Montanari v EEAS
Kawża T-692/18: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Novembru 2018 – Montanari vs SEAE
Kawża T-692/18: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Novembru 2018 – Montanari vs SEAE
ĠU C 35, 28.1.2019, p. 27–28
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
28.1.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/27 |
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Novembru 2018 – Montanari vs SEAE
(Kawża T-692/18)
(2019/C 35/33)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Marco Montanari (Reggio Emilia, l-Italja) (rappreżentanti: A. Champetier u S. Rodrigues, avukati)
Konvenut: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat; |
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata tirrifjuta totalment jew parzjalment lir-rikorrent l-aċċess għad-dokument iċċitat iktar ’il fuq; |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha. |
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikors dirett kontra d-deċiżjoni tal-24 ta’ Ottubru 2018 tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna li tirrifjuta li tagħti lir-rikorrent aċċess għar-rapport tad-29 ta’ Lulju 2017 stabbilit fit-tmiem tal-missjoni ta’ funzjoni ta’ medjazzjoni, mill-Kap ta ’ Diviżjoni ta’ “Sostenn għall-missjonijiet”.
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.
1. |
L-ewwel motiv, huwa bbażat fuq ksur tar-Regolament Nru 1049/2001, tal-Artikolu 15(3) TFUE u tal-Artikolu 42 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. B’mod partikolari, ir-rikorrent isostni li l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet jikkostitwixxi l-prinċipju legali u li l-possibbiltà ta’ rifjut hija l-eċċezzjoni. Madankollu, l-eċċezzjonijiet previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 1049/2001 u invokati mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna ma jistgħux jiġġustifikaw ir-rifjut ta’ aċċess għal dokumenti għar-raġuni li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-artikolu msemmi hawn fuq ma ġewx sodisfatti. |
2. |
It-tieni motiv, huwa bbażat fuq ksur tal-Artikoli 296 TFUE u tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, billi d-deċiżjonijiet ikkontestati huma vvizzjati minn difett jew nuqqas ta‘ motivazzjoni suffiċjenti. |
3. |
It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità. |