EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TA0551

Kawża T-551/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Lulju 2021 – Oblitas Ruzza vs Il-Kunsill (“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fir-rigward tas-sitwazzjoni fil-Venezwela – Iffriżar ta’ fondi – Listi tal-persuni, entitajiet u organi li għalihom japplika l-iffiriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi – Inklużjoni ta’ isem ir-rikorrenti fil-listi – Żamma ta’ isem ir-rikorrenti fil-listi – Żball ta’ evalwazzjoni – Dritt għall-proprjetà”)

ĠU C 349, 30.8.2021, p. 28–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 349/28


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Lulju 2021 – Oblitas Ruzza vs Il-Kunsill

(Kawża T-551/18) (1)

(“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda fir-rigward tas-sitwazzjoni fil-Venezwela - Iffriżar ta’ fondi - Listi tal-persuni, entitajiet u organi li għalihom japplika l-iffiriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi - Inklużjoni ta’ isem ir-rikorrenti fil-listi - Żamma ta’ isem ir-rikorrenti fil-listi - Żball ta’ evalwazzjoni - Dritt għall-proprjetà”)

(2021/C 349/37)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Sandra Oblitas Ruzza (Karakas, il-Venezwela) (rappreżentanti: F. Di Gianni u L. Giulianno, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Antoniadis, S. Kyriakopoulou u P. Mahnič, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/901 tal-25 ta’ Ġunju 2018 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/2074 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela (ĠU 2018, L 160 I, p. 12), u tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1656 tas-6 ta’ Novembru 2018 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/2074 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela (ĠU 2018, L 276, p. 10), u, min-naħa l-oħra, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/899 tal-25 ta’ Ġunju 2018 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2017/2063 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela (ĠU 2018, L 160 I, p. 5), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1653 tas-6 ta’ Novembru 2018 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2017/2063 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela (ĠU 2018, L 276, p. 1), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Sandra Oblitas Ruzza hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 427, 26.11.2018.


Top