Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TA0226

    Kawża T-226/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Ġunju 2021 – Global Silicones Council et vs Il-Kummissjoni (REACH – Aġġornament tal-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 dwar restrizzjonijiet fuq il-manifattura, it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ ċerti sustanzi u taħlitiet perikolużi u ċerti oġġetti perikolużi – Restrizzjonijiet fir-rigward tal-Ottametilċiklotetrasilossan (D4) u d-Dekametilċiklopentasilossan (D5) – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Anness XIII tar-Regolament Nru 1907/2006 – Determinazzjoni permezz tas-saħħa probatorja – Artikolu 68 tar-Regolament Nru 1907/2006 – Riskju inaċċettabbli – Proporzjonalità – Rekwiżiti formali essenzjali)

    ĠU C 329, 16.8.2021, p. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    16.8.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 329/16


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Ġunju 2021 – Global Silicones Council et vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-226/18) (1)

    (REACH - Aġġornament tal-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 dwar restrizzjonijiet fuq il-manifattura, it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ ċerti sustanzi u taħlitiet perikolużi u ċerti oġġetti perikolużi - Restrizzjonijiet fir-rigward tal-Ottametilċiklotetrasilossan (D4) u d-Dekametilċiklopentasilossan (D5) - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Anness XIII tar-Regolament Nru 1907/2006 - Determinazzjoni permezz tas-saħħa probatorja - Artikolu 68 tar-Regolament Nru 1907/2006 - Riskju inaċċettabbli - Proporzjonalità - Rekwiżiti formali essenzjali)

    (2021/C 329/19)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Global Silicones Council (Washington, DC, l-Istati Uniti), Wacker Chemie AG (Munich, il-Ġermanja), Momentive Performance Materials GmbH (Leverkusen, il-Ġermanja), Shin-Etsu Silicones Europe BV (Almere, il-Pajjiżi l-Baxxi), Elkem Silicones France SAS (Lyon, Franza) (rappreżentanti: A. Kołtunowska u R. Semail, avukati)

    Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lindenthal u K. Mifsud-Bonnici, aġenti)

    Intervenjent insostenn tar-rikorrenti: American Chemistry Council, Inc. (ACC) (Washington) (rappreżentanti: K. Nordlander u C. Grobecker, avukati)

    Intervenjenti insostenn tal-kovenut: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: J. Möller, D. Klebs, S. Eisenberg, S. Heimerl u S. Costanzo, aġenti), ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq (rappreżentanti: S. Brandon, aġent, assistit minn C. Banner u A. Parkinson, barristers), Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: L. Darie u A. Tamás, aġenti), Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Moore u A. Maceroni, aġenti), L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (rappreżentanti: M. Heikkilä, W. Broere u A. Hautamäki, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tar- Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/35 tal-10 ta’ Jannar 2018 li jemenda l-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH) fir-rigward tal-ottametilċiklotetrasilossan (“D4”) u tad-dekametilċiklopentasilossan (“D5”) (ĠU 2018, L 6, p. 45).

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Global Silicones Council, Wacker Chemie AG, Momentive Performance Materials GmbH, Shin-Etsu Silicones Europe BV u Elkem Silicones France SAS għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

    3)

    Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) u l-American Chemistry Council, Inc. (ACC) għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


    (1)  ĠU C 200, 11.6.2018.


    Top