Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TA0051

    Kawża T-51/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Settembru 2019 – BP vs Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (“Kuntratti pubbliċi għal servizzi – Proċedura ta’ sejħa għal offerti – Sejħa għal offerti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea – Tradutturi freelance – Proċedura ta’ selezzjoni – Ċaħda tal-offerta ta’ offerent – Obbligu ta’ motivazzjoni – Żball manifest ta’ evalwazzjoni”)

    ĠU C 383, 11.11.2019, p. 60–60 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    11.11.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 383/60


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Settembru 2019 – BP vs Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

    (Kawża T-51/18) (1)

    (“Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Sejħa għal offerti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea - Tradutturi freelance - Proċedura ta’ selezzjoni - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni”)

    (2019/C 383/68)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: BP (rappreżentant: S. Tassi, avukat)

    Konvenuta: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Inghelram, Á. Almendros Manzano u V. Hanley-Emilsson, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tat-23 ta’ Novembru 2017 li tiċħad l-offerta tar-rikorrenti għall-finijiet tal-konklużjoni ta’ kuntratt qafas għat-traduzzjoni ta’ testi legali mill-Ġermaniż lejn il-Grieg.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    BP hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 134, 16.4.2018.


    Top