EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TA0050

Kawża T-50/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Settembru 2019 – BO vs Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (Kuntratti pubbliċi għal servizzi – Proċedura ta’ sejħa għall-offerti – Sejħa għall-offerti mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea – Tradutturi esterni – Proċedura tal-għażla – Ċaħda tal-offerta ta’ offerent – Obbligu ta’ motivazzjoni – Żball manifest ta’ evalwazzjoni)

ĠU C 383, 11.11.2019, p. 59–60 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

11.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/59


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Settembru 2019 – BO vs Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

(Kawża T-50/18) (1)

(Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għall-offerti - Sejħa għall-offerti mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea - Tradutturi esterni - Proċedura tal-għażla - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni)

(2019/C 383/67)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: BO (rappreżentant: E. Kleani, avukat)

Konvenuta: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Inghelram, Á. Almendros Manzano u V. Hanley-Emilsson, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tat-23 ta’ Novembru 2017 li tiċħad l-offerta tar-rikorrent għall-fini tal-konklużjoni ta’ kuntratt-qafas għat-traduzzjoni tat-testi legali tal-Ġermaniż lejn il-Grieg.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

BO huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 134, 16.4.2018.


Top